Prosit lil Charles Bonello.
Iva qed taqraw sew. Naqbel miegħu totalment.
Huwa qal li Alla ħares wieħed jaqta’ ras xi ħadd sempliċiment għax serva f’ Gvern.
Kien qed jirreferi għal kritika lil ċertu persuni (bħalu) għax servew fil-Gvern ta’ Gonzi.
Prosit nerġa’ ngħidlek.
Sħabek li qed tmexxi ma jaħsbuhiex bħalek. Kif indunaw li Bernard Grech kien favur il-kandidatura ta’ Helena Dalli (li kienu appoġġjaw għal Kummissarju Ewropew), ħarġu malajr b’ mozzjoni fl-Eżekuttiv Nazzjonalista biex ma jappoġġjaw lil ħadd li kien parti mill-Gvern Laburista ta’ Joseph Muscat. Bhallikieku li George Vella li għaqqad pajjiż ma kienx il-missier politiku u Ministru l-aktar ta’ fiduċja ta’ Joseph.
Il-ħmerija li aħna ċedejna għal veto tal-minoranza u morna għal second jew third best. Il-President li għandna llum, bir-rispett kollu lejha, mhix fit for purpose. Qed tkun tajba fil-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja għax tifhem fis-suġġett iżda politikament vroma u suddita ta’ Repubblika bl-eks ġurnalist tan-Net jiktbilha pastażati bħad-diskors ta’ Jum ir-Repubblika.
Helena Dalli żomm f’ moħħok dak li qal Charles Bonello u taħfrilhomx lil min ċaħħad lil Malta milli jkollna President eċċezzjonali. Aħna m’ aħniex se naħfrulhom.
1 Comment
U lanqas jiena ma nahfrilhom. U ahna misna nisthu cedejna biex tlifna persuna bhal Dr. Helena Dalli li fejn misset hlief gid m.ghamlitx. nittama li min ceda ddispjacih