Edward Mizzi jiġi t-tifel ta’ Eucar Mizzi, President tal-Partit Nazzjonalista f’Għawdex. Arċi Nazzjonalist mill- aktar influwenti fil-PN.
Mill-Uffiċċju ta’ min fl-2017 prova jitfagħna fl-Oppożizzjoni, Edward Mizzi sab postu fl-uffiċċju tas-CEO tal-Housing! L-Awtorità tad-Djar taqa’ taħt ir-responsabbiltà ta’ Galdes.

Edward Mizzi with former Nationalist Party leader Simon Busuttil
Kollox jindika li wara li l-bieraħ dan is-sit beda jagħmel mistoqsijiet lill-Ministru Galdes relatati mas-Segretarjat tiegħu, dan wassal għal paniku sħiħ fuq l-istess Galdes.
Dan ħareġ fid-deher waqt stqarrija tal-Prim Ministru barra l-binja tal-Parlament, fejn Roderick Galdes għamel minn kollox biex jidher maġenb il-Prim Ministru.

Roderick Galdes għamel minn kollox biex jidher maġenb il-Prim Ministru.
Osservaturi politiċi li tkellmu magħna rrimarkaw li dan juri l-istat ta’ paniku li ħakem lill-Ministru Galdes wara li dan is-sit qed iżid fid-doża dwar dak li għaddej kemm fl-Awtorità tad-Djar kif ukoll fis-Segretarjat ta’ Galdes.
Membri Parlamentari li tkellmu magħna wara s-seduta Parlamentari tal-bieraħ innutaw il-ġenn li kellu fuqu l- Onor. Roderick Galdes biex ikun fuq quddiem maġenb il-Prim Ministru.
Il-bieraħ staqsejna lill-Ministru Galdes hux minnu li fl-aħħar xhur irreżenjaw 23 ruħ mis-Segretarjat tiegħu.
Sal-lum ebda reazzjoni jew tweġiba.