Il-Council for Nurses and Midwives ta’ Malta, maħtur bis-setgħat legali li jagħtuh il-liġijiet ta’ Malta, huwa kunsill regolatorju għall-professjonijiet tan-nurses u l-midwives, l-istess bħalma huma l-Malta Medical Council u l-Malta Pharmacy Council kunsilli regolatorji għall-professjonijiet tat-tobba u l-ispiżjara.
Il-Council for Nurses and Midwives huwa responsabbli, fost affarijiet oħra, biex jirregistra persuni kwalifikati fil-professjoni u/jew jirrreġistra persuni mill-professjoni. Dan jagħmlu għaliex hija responsabbilta’ tiegħu li jara li r-reputazzjoni, l-istandards u l-livell ta’ professjonalita’ tal-professjoni jkunu mħarsa.
Din mhix xi ħaġa ta’ Malta biss. F’artiklu preċedenti semmejt każ, li bħalu hemm il-gżuż, li seħħ fir-Renju Unit. Każ li minħabba fih Francesca Del Greco, li ffrodat £26,000, spiċċat inqatgħet minn fuq ir-Reġistru Professjonali u tilfet il-warrant u tterminawlha l-impjieg.
F’każi bħal dawn, hija r-responsabbilta’ tar-Reġistratur tal-Kunsill li jġib għall-attenzjoni tal-Kunsill tali ċirkostanzi u jara li jipproċedu bid-dixxiplina.

Pawlu Pace
Il-każ ta’ Pawlu Pace, tal-MUMN, f’Malta hu wisq iktar gravi minn ta’ Del Greco imma f’Malta, sa issa, ma ġara xejn u r-responsabbilta’ tal-fatt li ma ġara xejn trid tintrefa’ mir-Registratur tal-Kunsill.
Ir-Reġistratur qed jonqos minn xogħlu u qed jirrendi lill-Kunsill kompliċi fis-serqa li saret. Ir-Reġistratur huwa kompliċi fil-ħadma ta’ Pawlu Pace u għandu jerfa’ r-responsabbilta’ billi jirrizenja.
1 Comment
Imma kif laministrazzjoni tal-pajjiz tipermetti li jigru dawn lafarijiet. Haga ohra differenti imma ta interes, Kif u xfatta kullhad waqa dil muta fuq il kas ta Rizzo tal-SIU.