Pia Vassallo ta’ Repubblika, Occupy Justice, Defnisti u mitt ħaġa oħra tilgħabha tal-qaddisa.
Għamlet ġimgħa tikkuntattja kull gazzetta biex tghidilhom li l-iżviluppatur Michael Stivala għamel toqba fil-ħajt tad-dar tal-ġenituri tagħha.
Qabbdet lil sħabha kollha jikkummentaw.
Saħansitra qalet lil buddy tagħha Herman Grech biex jikteb editorjal tas-Sunday Times fuq hekk.
Tafu x’ ma qaltilnix Pia Vassallo?
Li l-ħaddiema ta’ Stivala kienu qed jaħdmu biex ineħħu dak li suppost kien ħajt tal-appoġġ fil-propjetà tiegħu. Minflok iżda sabu li kien il-ħajt tal-penthouse ta’ Vassallo.
Jiġifieri dawn flok kienu bnew ħajt ta’ appoġġ kif suppost għamlu bil-liġi, qabdu u bnew illegalment mall-appoġġ ta’ Stivala.
Saħansitra l-perit tagħha ammetta li kienu kisru l-liġi biex jisirqu ftit spazju u jkabbru l-penthouse.
Taf int iżda billi jisirqu ftit ta’ Repubblika ma ġara xejn.
Pia Vassallo qalet “Malta is not a normal country”. Veru għax f’ pajjiż normali ħallelin li jisirqu propjeta’ ta’ ħaddieħor jagħlqu ħalaqhom u mhux imorru fil-gazzetti jilgħabuha tal-vittmi.
1 Comment
Prosit Gafa.