Jitħabbeb ma Thomas Bajada u jispiċċa fl-Awtorità tad-Djar

Neville Gafa

~ 4 weeks ago

Jitħabbeb ma Thomas Bajada u jispiċċa fl-Awtorità tad-Djar

Xhur ilu dan is sit żvela kif dak li kien l-id il-leminija ta’ Simon Busuttil spiċċa f’impjieg komdu fl-Awtorità tad-Djar.

 

Għalkemm ippubblikajna bosta artikli relatati, ħadd minn naħa tal-Gvern ma ndenja ruħu joħroġ stqarrija sabiex jispjega kif dan Edward Mizzi spiċċa impjegat fl-Awtorità tad-Djar.

 

Edward Mizzi infamous for his 2018 tirades against the Labour Government

 

Sadanittant kienu bosta ħaddiema fiċ-ċivil li tkellmu magħna dwar dan l-impjieg li urta bil-kbir lil dawk kollha ta’ twemmin Laburista – minbarra lil dawk li kienu responsabbli u approvawh.

 

Sorsi minn ġewwa l-Awtorità tad-Djar li jitkellmu magħna qalulna li dan Edward Mizzi, li huwa magħruf għax- ‘show’ li għamel ma sieħbu Simon Busuttil fi Triq ir-Repubblika bil-kaxxi tal-pizza, igawdi minn appoġġ totali ta’ Matthew Zerafa, CEO tal-Awtorità tad-Djar.

 

L-istess sorsi saħqu li saħansitra jsiefru flimkien għal btajjel. Ħa nkunu ċari. Li jkunu ħbieb fil-ħajja privata tagħhom aħna ma nidħlux fiha, però li Edward Mizzi, li sa ftit snin ilu kien jagħmel minn kollox biex joskura lill-Gvern Laburista kif ukoll lill-Mexxej u l-Prim Ministru Joseph Muscat, jispiċċa ippremjat sfaċċatament b’dan il-mod huwa tradiment fil-konfront ta’ kull min għandu f’qalbu l-Partit Laburista.

 

 

Ejja ma ninsewx. Li kieku ma kelniex Gvern sod dak iż-żmien, allura kien jaqa’ l-Gvern. Daqshekk kienet gravi s-sitwazzjoni li ħolqu dawn l-arċi Nazzjonalisti. Biex Imbierek Alla issa dan Edward Mizzi sar Laburist.

 

Jien se nkun l-aħħar wieħed li nemmen. U fil- jiem li ġejjin se nkun qed nidħol fid-dettal  għaliex ma nemminx.

 

Sadanittant, Uffiċjali mill-Partit Laburista li tkellmu magħna ppruvaw jiġġustifikaw din il-ħatra għall-fatt li waqt il-kampanja għall- elezzjoni tal-Parlament Ewropew tas-sena l-oħra, Edward Mizzi appoġġja lill-MEP Laburista Thomas Bajada. Jekk Thomas Bajada għandu obbligazzjonijiet lejn il-familja ta’ Eucharist Mizzi, l-akbar familja Nazzjonalista f’Għawdex, allura għandu jerfa’ r-responsabbiltà għaliha hu personalment, u mhux tefagħha fuq il-Gvern Laburista.

 

Thomas Bajada

 

Din hija umiljazzjoni għal kull Laburist. Dan hija tradiment lejn il-Partit Laburista.

 

Sadanittant ibqgħu segwu din l-istorja ta’ tradiment għaliex se nkunu qegħdin nizvelaw aktar dettalji.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *