ROBERTA METSOLA TIEĦU B’IDEJN PAWLU PACE

Neville Gafa

~ 6 days ago

ROBERTA METSOLA TIEĦU B’IDEJN PAWLU PACE

Nhar it-Tnejn li għaddew, 24 ta’ Marzu, Roberta Metsola laqgħet lill-Pawlu Pace, fuq stedina tagħha stess, fil-bini tal-Parlament Ewropew. Tagħtu udjenza speċjali kif jidher fl-aġenda uffiċċjali tagħha tal-ġurnata.

 

 

Imbierka s-Sappjenza t’Alla, Roberta Metsola ma ddarset xejn tieħu b’idejn allegat kriminal. Imma ġibdet lura jdejha meta offra tiegħu l-Prim Ministru ta’ Malta.

 

Jien m’ghandix idea Roberta Metsola x’iddiskutiet ma Pawlu Pace.

 

Nassumi li staqsietu dwar il-każ tiegħu.

 

Naħseb li kellha xi ftit tal-kurżità’ tiskopri jekk waqt li kien magħha Brussel, kienx ukoll qed jitħallas ta’ overtime f’Malta, bħalma kien għamel meta mar l-Eġittu,  l-Awstralja u l-Portugall fuq btala.

 

Forsi staqsietu wkoll kemm-il darba kien qed jitħallas bl-overtime fl-istess ħin li kien ikun live fuq in-NET.

 

Nifhem ukoll li staqsietu jekk irritornax lura l-flus kollha li seraq fl-eluf tagħhom.

 

Nemmen li ma waqfitx tiffittah biex tara jekk miegħu hux se nimxu bir-rule of law.

 

Persważ li riedet tkun taf xi ħaġa fuq kif u mingħand min inxtara l-bini tal-union f’Ħal-Qormi.

 

Naħlef li anki fuq l-allegat skandlu tal-bejgħ tal-headquaters tal-Mosta qabditha xi naqra.

 

Ara vera in-Nazzjonalisti jinġabru qaqoċċa u jaqbżu għal xulxin meta jkunu fl-għawġ.

Meta se nitghalmu ahna l-Laburisti?

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

  1. saviour stivala March 26, 2025

    ”Meta se nitghalmu ahna l’Lauristi?” Veru prosit Neville.

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *