Qorti Franċiża llum sabet lil Marine Le Pen, il-kap ta’ Revolution Nationale, il-partit tal-lemin estrem Franċiż, ħatja ta’ mizapproprazzjoni u tbagħbis ta’ fondi ewropej.
Il-każ jinvolvi impjiegi fantażma li qatt ma eżistew u l-prosekuzzjoni qiegħda titlob sentenza ta’ 5 snin ħabs u 5 snin sospensjoni minn kull ħatra pubblika.
Dan il-każ huwa simili ħafna għal każ f’Malta. Il-każ jinvolvi l-allegat impjieg fantażma mogħti minn Pawlu Pace lil Nathalie Manche’ fl-MUMN, liema impjieg qatt ma eżista u huwa mħallas minn fondi ewropej.
Marine Le Pen hija mexxej ta’ partit politiku kbir fi Franza imma l-prosekuturi Franċiżi ma ddejjqu xejn jipproċedu.
Pawlu Pace huwa mexxej ta’ waħda mit-trade unions li hawn f’Malta u, sa issa, ma nafx hux għax huwa mexxej ta’ union jew le, il-prosekuturi Maltin għadhom ma għamlu xejn.
Jekk jogħġobkom, Dr Victoria Buttigieg mill-Uffiċċju tal-AG, Spettur Rodney Wayne Borg mill-FCID u Dr Yvonne Farrugia mill-EPPO, ħudu nota ta’ dan u ħudu azzjoni.
Sinjuri investigaturi u prosekuturi, bilħaqq, intom tafu li hemm whistle-blower u tafu min hu. Ibagħtu għalih.