Iwaħħlu fi Stephen Spiteri għal bruda li kien hemm il-Ħadd fil-Kalkara

Neville Gafa

~ 3 weeks ago

Iwaħħlu fi Stephen Spiteri għal bruda li kien hemm il-Ħadd fil-Kalkara

Il-Ħadd filgħodu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech indirizza attività politika fil-lokalità tal-Kalkara. Tista’ ssejħilha kollox barra attività politika. Għaliex l-attendenza preżenti kienet waħda mhux fqira, iżda tal-biki.

 

 

Attendenza li tagħti lok għal bosta interpretazzjonijiet,  fosthom in-nuqqas ta’ ħeġġa tal- partitarji Nazzjonalisti.

 

Nuqqas ta’ interess tal-partitarji fil-Kap tagħhom.

 

Però hemm fattur interessanti. Il-Kalkara pajjiż it-tabib Stephen Spiteri. Għal bosta snin Stephen Spiteri kien dak li jitraxxna l-Partit Nazzjonalista fit-Tieni Distrett, b’mod partikolari fil-Kottonera.

 

Stephen Spiteri

 

Jidher iżda li l-affarijiet inbidlu, u fid-Dar Ċentrali tefgħu il-ħtija fuq Stephen Spiteri għad-disfatta tal- Ħadd. 

 

In-Nazzjonalisti fil-Kottonera xejn ma huma kuntenti bl-allegazzjonijiet li raw id-dawl f’dawn l-aħħar snin. Ftit tas-snin ilu kien hemm allegazzjonijiet dwar it-tabib Stephen Spiteri li minn naħa tiegħu kien għamel ċertifikati foloz.

 

Stephen Spiteri


Allegazzjoni oħra kienet li dan Stephen Spiteri qed jgħaddi informazzjoni lill-Gvern dwar il-Partit Nazzjonalista. Din ukoll xejn ma niżlet tajjeb man-nies tal-Kottonera.

 

 

Dan is-sit kien żvela li għadd ta’ kumpaniji kienu reġistrati fuq ir-residenza ta’ Stephen Spiteri.

 

Però l-aktar fattur interessanti kien il-mod kif ġiet irrapportata l-attività tal-Kalkara minn Net News.

 


Filmat ta’ kważi 5 minuti. Fl-ebda waqt ma ffukkaw fuq it-tabib Stephen Spiteri. Ġie injurat komplement. Min editja l-filmat għamel ċert li Stephen Spiteri ma jiġix jidher wara l-Kap Nazzjonalista. 

 

 

Huwa minnu li t-tabib Spiteri m’għadux igawdi l-fiduċja tal-PN bħal ma kien tul il-karriera politika tiegħu?

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *