L-Arroganza tal-Ministru Roderick Galdes

Neville Gafa

~ 2 weeks ago

L-Arroganza tal-Ministru Roderick Galdes

Matul il-jum tal-Erbgħa, dan is-sit indirizza lill-Ministru Roderick Galdes u tlabnih iwieġeb għall-mistoqsijiet li bgħatna b’mod uffiċċjali lil Ms. Marvic Grech, Head of Customer tal- Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli.

 

Dan wara li sal-lum, din lis-sinjura li hija uffiċjal pubbliku, persuna ta’ fiduċja tal-Ministru Roderick Galdes, tifforma parti mis-Segretarjat ta’ Galdes, mħallsa mill-poplu Malti, baqgħet ma sabitx ħin twieġeb għal korrispondenza tagħna.

 

 

Dan is-sit reġa għamel kuntatt magħha però għalkemm qrat il-messaġġ, baqgħet ma weġbitx.

 

Dan is-sit jistenna li l-Ministru Galdes jerfa’ r-responsabbiltà. Kellu żewġ obbligi xi jwettaq; jew jagħti struzzjonijiet lil Head of Customer Care tiegħu sabiex twieġeb, jew inkella jerfa’ r-responsabbiltà politika u jwieġeb hu pubblikament.

 

Minn dan kollu ma sar xejn. Anzi, dan is-sit huwa infurmat li l-Ministru Galdes siefer. Ġie jaqa’ u jqum minn dak li dan is-sit qed jistaqsi f’isem bosta persuni li tkellmu magħna u li kienu huma stess li talbuna nagħmlu dawn il-mistoqsijiet lil Marvic Grech.

 

Dan l-atteġġjament tal-Ministru u tal- Ministeru jkompli jsaħħaħ il-fehma ta’ mijiet ta’ messaġġi li rċevejna jikkumentaw li f’dan is-Segretarjat tirrenja arroganza kbira.

 

Illum għandi mistoqsija oħra, din id-darba direttament għal Ministru Roderick Galdes.

 

 

Ministru Galdes, huwa minnu li meta kollegi tiegħek ġieli kelmuk dwar ghajnuna għal housing soċjali, nies minn naħa t’isfel jew mhux mid- distrett tiegħek li jeħtieġu l-għajnuna, int skjettament bla empatija kont tirrispondi “u tagħtix każ għax għat-tattoo, coffee mornings u xagħarhom jkollhom?”

 

Għal lum nieqfu hawn. Nistennew tweġiba minnufih.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *