Roderick Galdes Politikament Iddisprat

Neville Gafa

~ 2 weeks ago

Roderick Galdes Politikament Iddisprat

Il-Ministru Roderick Galdes, f’reazzjoni ddisprata għal dak li qed ikun żvelat permezz ta’ dan is-sit, qed jhedded li se jkun qed jimmobilizza in-nies tiegħu biex imexxu l-kelma sabiex in-nies tad-Distrett jivvutaw Number 1 lilu u jħallu barra il-bqija tal-kandidati Laburisti.

 

 

Din tmur kontra kull parir u direttiva li kull elezzjoni ġenerali tingħata mill-Partit Laburista, fejn dejjem jisħaq li l-votanti għandhom jivvutaw lill-kandidati kollha fuq il-lista tal-Partit Laburista. 

 

Dan is-sit saħansitra għandu ‘voice messages’ mingħand nies li jiffurmaw parti mis-Segretarjat tal-Ministru Galdes jikkonfermaw dan kollu.

 

F’każ li jsir kif qed jgħid Galdes, allura l-Partit se jkun qed jitlef ammont kbir ta’ voti meta jiġu għal wirt.

 

Dan huwa attentat iddisprat tal-Ministru Roderick Galdes għall-fatt li qed jantiċipa żminijiet diffiċli għall-karriera politika tiegħu.

 

Ibqgħu segwu dan is-sit għal aktar tagħrif li se jkun qed jiġi żvelat.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *