Il-bieraħ ikkummentajt kif is-Sur Keith Cutajar għażel li ikun sensazzjonalista fil-Qorti. Jidher li huwa persuna jħobb jiġbed l-attenzjoni fuqu.
Imbierka s- Sappjenza t’ Alla, jum qabel ix-xhieda tiegħu fil-kawża quddiem il-Magistrat Rachel Montebello b’rabta mal-inkjesta tal-isptarijiet kontra Dr Muscat, fil-kurituri tal-Qorti ġriet il-kelma li fis-seduta tal-Erbgħa kien se jseħħ xi ħaġa kbira.
Sur Cutajar,
għandi mistoqsija għalik.
Int tiċħad li qabel ix-xhieda tiegħek ma tkellimt ma ebda avukat u infurmajtu x’ kont ser tixhed?
Tiċħad li ma żvelajtx parti mix-xhieda tiegħek?