Donnu għadu mhux kulħadd beda’ jifhem kemm hu kbir l-iskandlu ta’ Pawlu Pace, il-Kap tal-union tal-infermiera. Wasal għalhekk iż-żmien li nibda nitkellem bin-numri u mhu se niżvela xejn li mhux pubbliku diga’. Dan li ġej ġibtu minn Mistoqsija Parlamentari Numru 11807.
Il-kobor tal-iskandlu Pace joħroġ minn dawn is-SAGROSANTI FATTI li ġejjin.
L-allegat abbuż sistematiku ta’ overtime u on-call allowances minn Pawlu Pace ilu allegatament għaddej mill-anqas sa mill-2012, jiġifieri minn żmien Gvern Nazzjonalista u kulħadd jaf li l-arja li rabba’ Pawlu Pace tahielu ħadd ħlief Edgar Galea Curmi.
Huwa stabbilit ukoll li bejn 2012 u l-2022, Pawlu Pace, f’overtime u on-call allowance biss, rekken u ħataf €269,000.
Dan ifisser medja ta’ kważi €27,000 fis-sena, f’overtime on on-call allowance biss. Mela f’10 snin, b’dan l-overtime fantażma u on-call allowances mhux dovuti, Pawlu Pace kien jitnexxielu jirdoppja l-paga tiegħu.
Mhux talli l-overtime ma ħadmux u ma kienx intitolat għal on-call allowance, talli ħadd m’għandu imqar l-iċken ħjiel fejn kien ikun xogħol verament għax qatt ma daher jaħdem imkien ħlief fil-bini tal-union.
Huwa fatt stabbilit ukoll b’ ċertezza tant li Pawlu Pace nnifsu ammettieh, li f’dawn l-aħħar snin kien fuq vakanzi privati l-Eġittu u fil-Portugall u fiż-żewġ okkażjonijiet iffirma l-attendenza fl-Isptar Monte Karmeli.
Huwa fatt stabbilit ukoll b’ ċertezza, u anki dan Pawlu Pace ammettieh, li fiż-żewġ okkażjonijiet imsemmija mirakolożament ħadem anki l-overtime.
Fil-perjodu ta’ dan l-inċident tal-Egittu, CEO fl-Isptar Monte Karmeli dak iż-żmien kien hemm Dr Stephanie Xuereb, mart il-Perit David Xuereb tal-MCESD, li ammettiet li kienet taf li Pawlu Pace QATT ma kien jidħol xogħol imma kienet imwerwra tieħu azzjoni kontrih.

David Xuereb
L-Ispettur Rodney Wayne Borg dan jafu kollu u għalhekk suppost għandu idea ċara tal-kobor ta’ dan l-iskandlu.