Is-Sur Keith Cutajar issa sar ismu magħruf bħala dak li tela’ jikkumiedja l-Qorti u ħabbar il-password ta’ Joseph Muscat biex jidher ismu fil-gazzetti.
Mar ferm lil hemm minn dak mitlub minnu mil-liġi.
Mela aħna mmorru ukoll lil hemm.
Sirna nafu li Keith Cutajar dilettant ħafna ta’ kif jidher.
Tant hu hekk li għandu ħanut tad-dwiefer u tas-sbuħija f’ Haz Żebbuġ. Għax filwaqt li jitħallas talli l-magna tipprova tiftaħ il-mobiles, jagħmel id-dwiefer u facials.
Għidilna Sur Cutajar, hemm xi ħadd involut miegħek li għandu sekwestri u każijiet quddiem il-Qrati li jqabbduk tagħmel xogħol?