Aktar qabel dan is-sit irrapporta b’mod esklussiv l- Avukat Roberto Montalto tressaq b’ arrest quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima.
Jidher li kollox beda meta nhar it-Tnejn għal ħabta tal- 4pm, Montalto, l-avukat ta’ Daphne Caruana Galizia, deher iħebb għas-sieħba tiegħu biswit kafè fi Triq id- Dejqa, il-Belt Valletta.
Dr. Roberto Montalto ħareġ fuq bail.
Dan is-sit se jibqa’ jisħaq li jekk Roberto Montalto se jibqa’ jsawwat lit-tfajla li kellu relazzjoni magħha, allura postu huwa l-ħabs. Illum fuq tgħajjira jew daqqa ta’ ħarta waħda faċli jispiċċa l-ħabs.
Sarulu diversi rapporti dwar swat. Saħansitra ġie akkużat il-Qorti diversi drabi iżda milli jidher il-vittma taħfer. Imma wara ftit jerġa’ jsawwatha u terġa’ tirrapurtah. L-istess ġara l-bieraħ.
Kieku Roberto Montalto kien avukat Laburist, jitressaq arrestat u forsi jispiċċa l-ħabs imma peress li kien l-avukat ta’ Daphne f’xi kawżi żgħar, allura jieħu trattament differenti.
Tajjeb infakkru li dan is-sit kien wera’ t-tħassib tiegħu għall-fatt illi l-vittma ta’ dan is-swat mhux tirċievi biżżejjed protezzjoni mill-Pulizija ladarba s-swat qed jirrepeti ruħu.
Jidher li għal darba oħra kelna raġun.
Jidher ukoll li bħal ma jgħid il-Malti, l- eżempju jkaxkar. Ma ninsewx li bħal Roberto Montalto anke Daphne Caruana Galizia kienet issawwat lil żewġha. Sitwazzjoni simili fejn anke s-Sur Peter Caruana Galizia ma kienx offrut protezzjoni.
Dan is-sit jerġa’ jitlob li l-vittma ta’ dan ir-raġel vjolenti għandha tingħata protezzjoni qabel ma nisimgħu b’xi disgrazzja.