Nhar l-Erbgħa li għadda, dan is-sit irrapporta b’mod esklussiv l-Avukat Roberto Montalto tressaq b’ arrest quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima.
Dan wara li għal darba oħra, l-avukat ta’ Daphne Caruana Galizia ħebb għas-sieħba tiegħu. Il-vittma hija tfajla ta xi tletin sena li kellu relazzjoni magħha fil-Belt u bar tas-Sliema.
Dr. Roberto Montalto ħareġ fuq bail.
Fix-xhur li għaddew, dan is-sit kien l-uniku wieħed li wera’ t-tħassib tiegħu għall-fatt illi l-vittma ta’ dan is-swat mhux tirċievi biżżejjed protezzjoni mill-Pulizija ġaladarba s-swat qed jirrepeti ruħu.
Sfortunatament, l-istess sitwazzjoni irrepetiet ruħha ftit jien ilu.
Tiskanta kif Francesca Fenech Conti tal-Women for Women u d-Daphne Foundation bi skiet li jtarrax dwar il-każ skandaluż ta’ Roberto Montalto.

Francesca Fenech Conti
Is-soltu dawn ikunu minn ta’ quddiem bi storbju kbir. Iżda peress li Roberto Montalto kien l-avukat tal-eroj tagħhom, allura din il-mara ma tingħatax appoġġ.
Din hija sitwazzjoni allarmanti ta’ avukat bi stil ta’ ħajja mill-aktar shady li fuq perjodu ta’ xhur qed jiġi rappurtat lill-Pulizija dwar swat. Saħansitra saru wkoll diversi allegazzjonijiet fuq Roberto Montalto dwar drogi.
Dawn l-oqbra mbajda ta ‘ Daphne Foundation u Women for Women baqgħu qatt ma organizzaw protesta biex din l-vittma tingħata protezzjoni mill-Pulizija u mill-Qrati. X’.għandha inqas minn ħaddieħor din il-mara?
L-aħħar episodju ta’ swat ġara din l-ġimgħa stess. Att kodard minn raġel kodard. Għax ejja ngħidu l-verità, trid tkun veru kodard biex issawwat mara.
Dan is-sit huwa mħasseb dwar is-sigurta’ ta’ din t-tfajla u se jibqa’ jinsisti li din il-vittma ta’ Roberto Montalto tingħata l-protezzjoni minn dan ir-raġel perikoluż li postu huwa l-ħabs ta’ Kordin.