L-espert tal-Qorti u tad-dwiefer Keith Cutajar, waqt li kien qieghed jixhed fil-proċeduri illi hemm quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello b’rabta mal-inkjesta tal-isptarijiet kontra Dr Muscat, ikkonferma illi l-eks Ministru Nazzjonalista u avukat tal-għaqda Repubblika Jason Azzopardi ipprova jaghmel kuntatt mieghu.
Sadanittant, Keith Cutajar tqabbad bħala espert tal-Qorti f’diversi kawżi u inkjesti oħra.
Sur Cutajar,
mela mhux talli ma nibżgħux minnek, talli lanqas biss nemmnuk f’dak li xehedt.
Tista’ tillumina lill-poplu kif wasalt fil-konklużjoni li min beda jċempillek kellu interess jew konnessjoni mal-inkjesta Vitals, meta int mahtur f ‘tant inkjesti u kumpilazzjonijiet?
Ma nagħmlux mod li oriġinarjament int kont weġbit it-telefonata ta’ Dr. Jason Azzopardi hux? Nispera li mintix tilgħab xi logħba. Jekk iva, żomm f’moħħok li se naqbduk.