Esklussiva : Edward Mizzi iben Eucharist Mizzi trasferit b’mod immedjat

Neville Gafa

~ 1 week ago

Esklussiva : Edward Mizzi iben Eucharist Mizzi trasferit b’mod immedjat

Żvolta dwar is-Sur Edward Mizzi.

 

Bħal ma tafu, f’dawn l-aħħar ġimgħat, dan is-sit kien voċiferu dwar il-ħatra ta’ Edward Mizzi fi rwol ta’ “Senior Manager in the CEOs Office” fl-Awtorità tad-Djar. L-Awtorità tad-Djar taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru Roderick Galdes. 

 

Roderick Galdes


Edward Mizzi, bin l-Arċi Nazzjonalist Eucharist Mizzi, President tal- Partit Nazzjonalista f’Għawdex. Mill-Uffiċċju ta’ min fl-2017 prova jitfagħna fl-Oppożizzjoni, għall-uffiċċju tas-CEO tal-Housing!

 

Filli l-id il-leminija ta’ Simon Busuttil, jispiċċa Senior Manager tal-Housing taħt Gvern Laburista.

 

Mill-files vojta biex jippruvaw iwaħħluh lil Joseph Muscat bl-ikbar gidba politika mill-Indipendenza ‘l hawn, għall-files tal-Awtorità tad-Djar kompletament f’idu taħt Gvern Laburista.

 

Dan is-sit jinsab infurmat li matul il-jum tal-Ħamis, Edward Mizzi ingħata trasferiment b’mod immedjat. Għaldaqstant, Edward Mizzi m’għadux jaħdem fl-uffiċċju ta’ Matthew Zerafa, CEO tal-Awtorità tad-Djar.

 


Nerġgħu insostnu; Li wieħed ikollu prinċipji Nazzjonalisti aħna nifhmuh u naċċettaw. Li Nazzjonalist isir Laburist merħba wkoll. Iżda ċertu postijiet tax-xogħol għandhom ikunu għal persuni ta’ fiduċja tal-Gvern Laburista. BISS. 

 

Dan is-sit jirringrazzja pubblikament lill-Onor. Roderick Galdes talli aġixxa għal kritika kostruttiva tagħna.

 

Illum rebaħ is-sens komun. Illum saret ġustizzja mal- Laburisti.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

2 Comments

  1. Bobby Friggieri April 10, 2025

    Proset ax bekk lafarijd imxew kif supost al gid ta kullhadd grazzi

    Reply
  2. Paul April 12, 2025

    U jkun jista’ isir il-haxi bhalma qieghed isir f’hafna awtoritajiet. X’ma tizdiedx il-korruzzjoni f’pajjizna. Tal-misthija gibtuh il-pajjiz. Kulhadd jahbi u jidlek l-idejn u hadd ma jarahom. Jien laburista, u jekk qeghdin tahsbu li jien nazzjonalista, qeghdin tmorru wahda zmerc sew. Ghallinqas b’nazzjonalist ikun hemm min ikun ghassa biex ma jsirx haxi. Ghalhekk triduhom lil laburisti kulhadd jahxi, bhalma kienu jaghmlu l-pn fi zmienhom u bla kontabilita. Kemm ghajjarnihom lin-nazzjonalisti fuq il-bazuzli, u l-hbieb tal-hbieb? Kemm ghajjarnihom ghax jaqdu lil ta’ gewwa u z-zghir ihalluh jittewweb? Qeghdin taghmlu aghar minnhom. Tal-misthija. Iftahru li intom laburisti? Kultant nahseb li qieghed fil-partit zbaljat!

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *