Dan is-sit kiteb diversi drabi dwar kif il-puppatur eks Imħallef Joe Zammit McKeon biegħ il Monument tal-Assedju l-Kbir lil sħabu d-defnisti.
Iżda llum sirna nafu biċċa oħra. Zammit McKeon kapaċi jbiegħ anke f’xi suq tal-ħut. Matul l-għodwa tal-Ħamis, irċevejna messaġġi minn għadd ta’ qarrejja dwar inċident li seħħ fil-Belt Valletta, biswit il-Berġa ta Kastilja.
Għal ħabta ta’ 9.40am, instema’ għajjat kbir minn raġel. Hemm min ħaseb li kien fis-sakra, għaliex l-għajjat tiegħu ma kienx ta’ persuna f’sikkitha.
Tafu min kien dan ir-raġel? Il-puppatur Joe Zammit McKeon!

Joe Zammit McKeon
L-istess nies li għamlu kuntatt magħna qalulna kif tkażaw bix- xena li raw quddiemhom. Dan kollu għax kien hemm delivery man li talab lill-Ombudsman sabiex jippermettilu jipparkja għal ftit minuti fil-parkeġġ riservat tiegħu sakemm iħott xi xogħol f’ xi stabbilimenti viċin.
Araw ftit kemm hu pastaż u ardit.
Li l-puppatur eks Imħallef b’daqqa ta’ pinna għoġbu jbiegħ il-Monument tal-Assedju l-Kbir konna nafu. Iżda qatt ma konna nafu li kapaċi jgħajjat qisu qed ibiegħ f’ xi suq tal-ħut.