Ejja għal mument inpoġġu mal-ġenb il-fatt li dan huwa każ tal-ex Prim Ministru Joseph Muscat , imma nżommu f’moħħna li dak li qed jiġri, qed jiġri mal-ogħla fostna. Aħseb u ara kemm jista’ jiġri jew qed jiġri mal-kumplament tal-membri tas-soċjetà tagħna li mhumiex fil-ħajja pubblika u allura forsi ikollhom inqas skrutinju fuqhom.
M’hemmx kuluri politiċi f’dak li se ngħid, imma sempliċiment se nitkellem fuq inkwiet li kull ċittadina u ċittadin Malti għandu jkollu dwar is-sistema tal-qrati tagħna, għax jidhirli li b’dak li smajna din il-ġimgħa, tassew missejna l-qiegħ.
Huwa serju ħafna li kien hemm persuni mhux maħtura fl-inkjesta li marru jfittxu fid-dar tal-ex Prim Ministru Joseph Muscat, speċjalment meta wieħed iqis li dan qatt ma ġara qabel skond ma ntqal.
Din is-sitwazzjoni tqajjem tħassib dwar ir-rispett lejn il-liġi u l-proċeduri xierqa ta’ investigazzjoni f’Malta.
Jekk dawn il-persuni verament ma kellhomx awtorizzazzjoni, dan jista’ jindika ksur ta’ protokoll jew saħansitra abbuż ta’ poter.
• Fiduċja fl-istituzzjonijiet: Jekk dan li ntqal jiġi kkonfermat, se jkompli jdgħajjef il-fiduċja tal-pubbliku fl-awtoritajiet u s-sistema ġudizzjarja.
• Preċedent perikoluż: Li persuni mhux awtorizzati jidħlu fid-dar ta’ figura prominenti bħal ex Prim Ministru (aħseb w ara x’jista jiġri lil ċittadini oħra li mhux magħrufa) jista’ jiftaħ il-bieb għal aktar azzjonijiet simili fil-ġejjieni, jekk ma jiġux indirizzati kif suppost.
• Aspett legali: Huwa essenzjali li jiġi ċċarat min ordna jew ippermetta dan it-tfittix u jekk kienx hemm xi ħadd responsabbli biex jissorvelja l-proċess.
Din is-sitwazzjoni titlob ċarezza u kontabbiltà. L-awtoritajiet għandhom jinvestigaw minnufih biex jiżguraw li kull azzjoni tkun konformi mal-istandards legali u biex jipproteġu l-integrità tas-sistema. Jekk le, ir-riskju huwa li dan l-inċident ikompli jagħmel ħsara fit-tul lill-governanza f’Malta.
1 Comment
On April 8 Andy Coles confirmed to the court under oath that while he was in Malta court expert Samuel Sittlington had asked him to accompany him in the search of Muscat’s residence.