Wara s-survey diżastru tal-Ħadd li għadda, Beppe Fenech Adami ippubblika post flimkien ma ritratt fuq Facebook.
Mingħajr ma semma s-survey ippubblikat minn Malta Today, Beppe kkummenta; “Hadd il-Palm f’Ruma fid-dell u taħt il-ħarsien ta’ Sant Elena✝️”.
B’dan il-kumment Beppe Fenech Adami ta x’wieħed jifhem li qed jiddistakka ruħu u fl-istess waqt jibgħat messaġġ fin li kollox se jibqa’ kif inhu. Għax jiddeċiedu ta’ Fenech Adami. U ta’ Fenech Adami iddeċiedu hekk.

Beppe Fenech Adami
Min verament jaf jaqra l-politika għandu jintebaħ kif Il-familja Fenech Adami jridu li Bernard Grech jibqa’ kap.
Jgħidu x’jgħidu l- Partit Laburista u l- media indipendenti, hekk se jseħħ.
Il-Partit Laburista qed jagħmel żball jimbutta n- narrattiva ta’ Karol Aquilina bħala Kap de Facto.
Għaliex qed ngħid dan?
Il-fatti huma li l-familja Fenech Adami għandha kontroll assolut fuq il-Partit Nazzjonalista. Karol Aquilina ma jista’ jkun qatt la kap tal-PN u lanqas Kap de Facto, għax ta’ Fenech Adami ma jriduhx.
Karol Aquilina huwa ħuta żgħira. Huwa fatt li ħuta żgħira qatt ma kielet ħuta kbira. Jekk il-Partit Laburista se jibqa’ jgħafas fuq Karol Aquilina, allura qed jattakka l-ħuta ż-żgħira u fl-istess waqt jinsa r-ras tal-qarnita Nazzjonalista.
Min qed jaħseb li Bernard Grech se jinbidel qed jgħarralu. Għax il-familja Fenech Adami, ir-ras tal-qarnita Nazzjonalista mhux se jippermettu li jsir dan.
Isir dak li jridu huma.

Bernard Grech
Għaldaqstant, minkejja dan il-bir ta’ skieken li jinsabu fih, il-PN se jkunu qed imorru għall-elezzjoni ġenerali b’ Bernard Grech.
Jew hekk jew xejn. Għax ta’ Fenech Adami hekk jirraġunaw.