Kevin Cassar spalla ma spalla mal-Ministru Laburista

Neville Gafa

~ 3 days ago

Kevin Cassar spalla ma spalla mal-Ministru Laburista

L-Erbgħa ġiet organizzata konferenza tal-aħbarijiet, li fiha il-Ministru tas-Saħħa Jo Etienne Abela ħabbar investiment ta’ żewġ miljun ewro f’sala tal-operazzjonijiet speċjalizzata fl-Isptar. 

 

Sa hawn kollox sew. Għaliex qed ngħid hekk?

 

Għal din il-konferenza tal-aħbarijiet ħa sehem ukoll ħadd ħlief il-Professur Kevin Cassar. Imbierka s- Sappjenza t’ Alla. 

 

Kevin B. Cassar spalla ma spalla mal-Ministru Laburista

 

Kevin Cassar miżżewweġ lit-tifla tal-eks Kap tal-Partit BFA, Eddie Fenech Adami. Xogħolu jivvomta kontra dak kollu li hu Laburist. Wieħed mill-aktar esponenti tal-Partit BFA li jakkuża lill-Gvern Laburista bil-korruzzjoni.

 

Tgħid Kevin Cassar, li flimkien ma Beppe u Michael Fenech Adami jifforma parti minn ras tal-Partit BFA, lill-Ministru Jo Etienne Abela qallu dwar kemm hu korrott dan il-Gvern? 

 

Għax trid tkun veru wiċċek infurrat bil-ħara biex wara tikkrita kemm tiflaħ lill-Gvern, tipparteċipa spalla ma spalla ma Ministru tal-istess Gvern.

 

Sur Kevin Cassar, possibbli rnexxielek iġġib permess mingħand is-Sur Richard Cachia Caruana?

 

Infurmajtu lil RCC li kont se tipparteċipa f’konferenza tal-aħbarijiet organizzata mill-Gvern “korrott” Laburista?

 

Jew qbadt u mort minn rajk? 

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *