Xi Jfisser ir-Ritratt ta’ Joseph Fuq il-Fridge

Neville Gafa

~ 2 days ago

Xi Jfisser ir-Ritratt ta’ Joseph Fuq il-Fridge

Neħduha ftit biċ-ċajt iżda hemm storja serja wara din.

 

Bħalissa fuq l-internet għaddej idur ritratt ta’ mara anzjana li kkompetiet f’ ‘Come Dine With Me’ u li fuq il-fridge għandha ritratt ta’ Joseph Muscat.

 

 

 

Li ma giex innutat kien li anki l-kompetitriċi l-oħra kellha ritratt ma’ Joseph Muscat fuq il-ħajt.

 

 

 

Nies genwini li jibqgħu jżommu lil Joseph f’ qalbhom minkejja li ilu 5 snin li ħareġ mill-politika.  5 snin jaqla’ ġo fih, bilkemm jitkellem, iressquh il-Qorti u saħansitra l-Qorti ma tħallihx jitkellem.  U xorta n-nies tibqa’ tħobbu. Anzi ssir tħobbu aktar minn qatt qabel.

 

Joseph Muscat

 

L-esremisti li ħakmu lil Partit Nazzjonalista u min kien jipprova jinħabb magħhom b’ saħħithom wara il-keyboard iżda mhumiex f’ qalb in-nies.  Jekk tagħmel profil tagħhom huma indannati.  In-nies li jħobbu lil Joseph huma ġenwini u jgħixu l-ħajja ta’ veru.

 

Din li ma jistgħux jifmhu.

 

Ir-ritratti ta’ Joseph fid-djar tan-nies mhux qegħdin x’ imkien inwarrab.  Qegħdin fil-kċejjen.  Qegħdin mar-ritratti tal-familja.  Qegħdin wara l-bieb.

 

Ritratt żgħir li jgħid storja kbira.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *