Nibdew Nistaqsu lil Zammit McKeon

Neville Gafa

~ 4 weeks ago

Nibdew Nistaqsu lil Zammit McKeon

Nibda sabiex nawgura lil Ombdisman Joe Zammit McKeon l-Għid it-Tajjeb.

 

Pero’ billi nafu kemm hu iffissat fuq standards u Rule of Law, tajjeb li jserraħ ras il-poplu li meta madwar tlett ġimgħat ilu iltaqgħet il-Judicial Appointments Committee u daħlet għal interview Dr. Monica Borg Galea, huwa rregistra fil-minuti li hu ma jistax jibqa’ fil-kumitat u ħareġ ‘il barra.

 

Japprezza li din hi materja t’interess pubbliku u Dr. Zammit McKeon għandu funzjoni pubblika.

 

 

Dan aktar importanti meta mic-CV ta’ Dr. Borg Galea jirriżulta li qatt ma ħadmet bħala Avukat prattikanti għal jum wieħed biss fil-qrati tagħna u qatt ma kellha klijenti.

 

Nafu ukoll li kien hemm ta’ lanqas żewġ applikanti li għandhom circa 20 sena esperjenza jaħdmu l-Qorti!

 

Aħna nittamaw li dak li ghamilt m’hux deja-vu tat-taħwid legali li wettaqt fil-każ kostituzzjonali tal-monument tal-Assedju l-Kbir.

 

Hu paċenzja Dr. Zammit Mckeon serraħ ras kulħadd  u weġibna x’għamilt eżatt.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *