Wara s-survey diżastru tal-Ħadd li għadda, ma naqsitx l-ispekulazzjoni dwar it-tneħħija imminenti ta’ Bernard Grech minn Kap tal-Partit BFA.
Iżda lil hinn minn hekk, id-deċiżjoni dwar jekk jibqax Kap jew le hija prerogattiva ta’ familja Kalkariża; il-familja Fenech Adami. U d-deċiżjoni ttieħdet. Bernard Grech se jibqa’ fil-kmand sal-elezzjoni ġenerali.
Għax b’Bernard Grech komdi. Jafu li l-partit imkisser u wara l-elezzjoni ġenerali se jkun wisq aktar imkisser.
Saħansitra Bernard Grech ingħata l-barka tal- Kap de Facto Beppe Fenech Adami sabiex jagħmel żjara fiċ-Ċina.
Dawk il-partitarji Nazzjonalisti li qed jistennew bidla se jibqgħu bit-tama. Il-kap li jmiss wara l-elezzjoni, nannuh irid ikun Eddie Fenech Adami.