Illum stess il-Gvern għandu jitlob ir-riżenja tal-Ombudsman Joe Zammit Mckeon. Mhux għada, ILLUM.
Kif spjegajna dan jidher li PPARTEĊIPA fl-għażla tal-Maġistrati meta waħda mill-applikanti kienet segretarja min tiegħu.
Dan il-pajjiż qatt ma ra kunflitt ta’ interess daqsekk kbir u ikrah. Vera kulħadd jitħanżer.
Il-Gvern għandu jagħmel ħaġa oħra wkoll. Għandu jgħaddi Liġi li tipproteġi monumenti pubbliċi wara s-sentenza stupida ta’ Zammit Mckeon meta kien Imħallef, sentenza li tkasbar lil Monumenti Pubbliċi u toħloq liġi tal-ġungla.
M’aħniex se nieqfu qabel jirriżenja.
Zammit Mckeon barra.