Bernard Grech: Predestinat li Jfalli sa mill-Bidu

Neville Gafa

~ 4 days ago

Bernard Grech: Predestinat li Jfalli sa mill-Bidu

Minn Kontributur Laburista mill-Imġarr ta’ Malta

 

 

Meta dawk li tinteresshom il-politika tal-partiti f’Malta jaħsbu dwar l-involviment ta’ Bernard Grech fil-Partit Nazzjonalista, tajjeb li niftakru dan minn fejn telaq.

 

Kien jidher ġo programm mixtri fuq il-PBS ma’ Joe Giglio biex jirrappreżenta lill-PN fil-konfront ta’ Dr. Andy Ellul u ta’ Dr. Perit Robert Musumeci.

 

Biex tirnexxi fil-politika Maltija trid tkun taf il-magna tal-partit li timmilita fih kif taħdem inkluż l-istrutturi kollha tiegħu bix-xandir inkluz. Bernard Grech ma kellu xejn minn dan. Lanqas stajt issejjaħlu village lawyer, avukat tal-biċċa. Dan bażikament ma kienx jipprattika t’Avukat wisq, ma kienx jinqala’ lanqas fil-verita’.

 

Bernard Grech

 

Kellu u għad għandu talent kbir li ftit ħafna jafu bih – dak tal-kallegrafija distinta. Kapaċi jikteb qisu qed ipinġi, tant hu hekk li kienu jmorru ħafna nies għandu biex jiktbilhom l-inviti tat-tiġien, magħmudijiet, preċetti, griżmi, inviti għal prima messa ta’ saċerdoti novelli meta jqaddsu l-ewwel darba u ovvja jitħallas.

 

Hawn min jgħid li tant għandu talent uniku u kbir li bla dubju d-dar lussuża li għandu l-Mosta għamilha bl-isforzi tiegħu jikteb l-inviti. Jingħad anżi li tali talent tal-kallegrafija li għandu ilu ma jidher bħalu snin twal u hu komparabbli ma’ dak ta’ studenti uniċi li kien hemm fil-Kulleġġi De La Salle u Stella Maris immexxija mill-Freres lura fis-snin ta’ qabel it-Tieni Gwerra Dinjija u fis-snin ta’ warajha.

 

Hawn min ikun sarkastiku u jgħid li invit wieħed jonqsu jikteb Bernard Grech – dak tal-invit tal-mewt tal-Partit tiegħu iżda dak jidher li ser jinkiteb waħdu bit-tkaxkira li ser jerġa’ jaqla’ il-Partit Nazzjonalista fl-elezzjoni ġenerali li jmiss.

 

 

Filwaqt li għadna kemm ħriġna mill-ġimgħa mqaddsa fejn ħafna nies jieqfu jirriflettu dwar il-Fidi Kattolika fejn bħala Kattoliċi nemmnu li sa mill-ħolqien tad-dinja Sidna Ġesu’ Kristu kien predestinat li jkun l-Iben Waħdieni t’Alla, hekk ukoll wieħed jirrifletti li sa mill-bidu anke Bernard Grech kien predestinat. Iva kien predestinat li jfalli sa mill-ewwel jum li kien ġie jdentifikat li jsir kap tal-partit wara l-kolp ta’ stat li kien sar lil Adrian Delia fil-Partit Nazzjonalista.

 

Adrian Delia

 

Tgħallimna dejjem meta konna żgħar li dak li tisraq ma tgawdihx. Hekk ġralu Bernard Grech u hekk ser jiġrilu daqt. Seraq il-poter bl-għajnuna tal-fazzjonijiet faxxisti fi ħdan l-istess Partit u dak li kiseb b’serqa ser jitilfu. Izda ma ninsewx kien predestinat mill-bidu li kellu jfalli.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *