Roderick Galdes jgħid lill-Head of Customer Care biex ma tweġibx għall-mistoqsijiet tagħna

Neville Gafa

~ 1 day ago

Roderick Galdes jgħid lill-Head of Customer Care biex ma tweġibx għall-mistoqsijiet tagħna

Fil-11 ta’ April ktibna kif ġimgħatejn wara li dan is-sit bagħat set ta’ mistoqsijiet lil Ms. Marvic Grech mis-Segretarjat tal-Ministru Roderick Galdes, minn naħa tagħha qaltilna biex nibgħatu l-mistoqsijiet fuq email address ieħor.

 

Hekk għamilna. Però llum, ġimgħatejn wara, l-Onor. Marvic Grech baqgħet ma weġbitx għal mistoqsijiet tagħna. 

 


Kienu ħafna li staqsew jekk weġbitx, u li kelna nerġgħu niktbu. Li ma tafx Marvic Grech hu li aħna għandna l-Virtù tas-Sabar.

 

Żmien nagħtu lil kulħadd u mingħajr distinzjoni, iżda li tagħmel xahar tinjurana biex min għaliha se ninsew, allura ngħidilha li għadek ma tafx ma min qed tħabbatha.

 

Se nerġa nippubblika l-korrispondenza mibgħuta lil Ms. Marvic Grech, Head of Customer tal-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli. Dan fuq żewġ indirizzi elettroniċi tal-Gvern.

 

Ms. Marvic Grech

Head of Customer Care

Ministry Social and Affordable Accommodation

28th March 2025

 

 

“Dear Ms. Grech,

 

I hope this message finds you in good health. My name is Neville Gafa, and I am reaching out from nevillegafa.com with a few inquiries regarding your esteemed role as Head of Customer Care within the Secretariat of the Ministry for Social and Affordable Housing.

 

Specifically, I am interested in understanding the extent of your involvement in decisions pertaining to social housing allocations. 

 

Could you kindly elucidate whether your role has encompassed any direct or indirect responsibilities connected with these decisions? 

 

Furthermore, have you facilitated any individuals’ applications to the Housing Authority for social housing allocations? 

 

If so, I would appreciate if you could provide insights into the number of cases you have managed, the proportion that resulted in the opening of files at the Housing Authority, and ultimately, the number that were successfully granted social housing.

 

Please let me know at your earliest convenience, ideally by end of business today, as your insights would be invaluable to my research.

 

Thank you for your attention and cooperation.”

 

Marvic Grech


Ms. Marvic Grech hija xempju tal-arroganza li ħakmet il-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli mmexxi minn Roderick Galdes.

 

Iżda bħal ma rreferejt il-bieraħ għal Matthew Zerafa CEO tal-Awtorità tad-Djar, hekk ukoll se nirreferi għal Marvic Grech. L- għemil tagħha jirrifletti l-għemejjel tal-Ministru Roderick Galdes. Inutli nwaħħlu fil-ħuta ż-żgħira meta l-ħuta l-kbira tmexxi l-ħut iż-żgħar.

 

Roderick Galdes


Għaldaqstant, se ndur fuq il-Ministru Roderick Galdes.


Onor. Galdes,

 

Int taf sew li xahar ilu bgħatna dawn il-mistoqsijiet lil Marvic Grech fil-funzjoni tagħha ta’ Head of Customer Care fil-Ministeru tiegħek. Kont int li tajtha struzzjonijiet sabiex tinjurana u ma tweġibx għall-mistoqsijiet tagħna. 

 

Għaldaqstant, issa għandek xi għażliet x’tagħmel u deċiżjonijiet x’tieħu.

 

– Tagħti struzzjonijiet lil Marvic Grech sabiex twieġeb bħal ma hi obbligata tagħmel bħalha uffiċjal pubbliku

 

– Terfa’ r-responsabbiltà int u twieġeb f’isimha

 

Fin-nuqqas li nibqgħu niġu injurati, dan is- sit se jkun qed jikteb lill-Prim Ministru b’mod uffiċċjali u ngħarfuh bis-sitwazzjoni. Għax għandek tkun taf li dawn il-mistoqsijiet ma ħlomnihomx mal-lejl, iżda kienu nies viċin tiegħek li qabduna nistaqsu.

 

Aġixxi minnufih.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *