Il-Ħtieġa li l-Papa li Jmiss Ikun Minn Ordni Reliġjuż

Neville Gafa

~ 2 weeks ago

Il-Ħtieġa li l-Papa li Jmiss Ikun Minn Ordni Reliġjuż

Minn Kattoliku Prattikanti mill-Imġarr ta’ Malta

 

 

Kull min segwa l-Pontifikat tal-Papa Franġisku tul dawn it-12-il sena, intebaħ li Bergoglio kien verament Reliġjuż par excellence kif jgħidu bil-Franċiż, l-Ingliżi sejħulu ‘One of a Kind’. Sui Generis bil-Latin, jiġifieri Ġiżwita Reliġjuż bil-Malti li jaf x’inhuma l-obbligi tiegħu kemm bħala Saċerdot kif ukoll bħala Membru tal-Kumpannija ta’ Ġesu’ kif sejjaħ l-Ordni Reliġjuż tiegħu l-Fundatur tagħhom San Injażju ta’ Loyola.

 

 

Bergoglio wera li hu kontra kull ipokresija ekkleżjastika li Malta taħt it-treġija ta’ Charles Ġuda Scicluna mdorrijin biha u li Bergoglio kellu rapporti stretti dwarha, tant li qatt ma kkunsidra lil Scicluna biex ikun maħtur Kardinal minnu. L-awtorita’ ġerarkika Maltija hija mnawra mis-sinsla tagħha peress li min qed imexxi l-Knisja f’Malta għandu wisq wirdien fil-gwardarobba liema wirdien ser jibqa’ jiġri warajh sa mewtu, tant li ħadd ma jeskludi li għad ikun rilevat fhiex jikkonsisti dan il-wirdien.

 

 

Il-laxkezza fil-ġerarkija ekkelżjastika Maltija hija stituzzjonalizzata, jiġifieri hija parti ntrinsika mit-tmexxija odjerna tal-Knisja f’Malta li ma tispira ebda fiduċja ta’ xejn. Dan hu biss konfermat mill-attendenża fqira fil-quddies li jsir fil-parroċċi nhar ta’ xogħol kif ukoll f’attendenża miżera għaċ-ċelebrazzjoni tal-quddies fl-istess parroċċi fil-Ħdud u l-Festi. Il-mod ta’ kif titmexxa l-Knisja f’Malta għaldaqstant hi l-kaġun li l-element Kristoċentiku tal-ħajja kattolika prattikanti spiċċat. Mhux biss. Hemm dejjem l-imma kif ngħidu bil-Malti li xi ħadd jitkellem dak li jaf jew jgħolli l-għatu tal-borma u dak li ilu mistur snin minn meta Scicluna ħa f’idejh it-treġija tad-Djoċesi jsir magħruf.

 

Pawlu Cremona


M’hemm ebda paragun bejn it-treġija tal-Arċidjoċesi fi żmien il-mibki Arċisqof Pawlu Cremona li bħal Papa Franġisku kien ġej minn Ordni Reliġjuż u dak li qed naraw illum bit-treġija ta’ Charles Ġuda Scicluna. Mons. Arċisqof Pawlu Cremona kellu l-kwalitajiet li għandu jkollu l-Papa li jmiss. Dik tal-umilta’, ġenwinita’, tjubija, spiritwalita’ profonda. Kardinal li jeħtieġ ikun maħbub mill-Poplu t’Alla bħalma kien Mons. Arċisqof Pawlu Cremona. Mons. Cremona kien Arċisqof li sofra fis-silenżju iżda baqa’ fidil lejn is-sejħa tiegħu sal-aħħar bħalma dejjem għamel bħala Patri Dumnikan, Provinċjal tal-istess Ordni Dumnikan f’Malta u fuq kollox bħala Arċisqof maħbub tal-Maltin. Miet saħansitra fis-silenżju fl-Isptar Mater Dei. Bħal kull Saċerdot, l-Arċisqof Cremona sofra waħdu l-intransiġenża ta’ min ittradieh. Iżda bħal Bergoglio kellu lis-Sinjur Alla fuq l-imħadda miegħu fl-aħħar nifsijiet ta’ ħajtu.

 

Bla dubju li l-ispirtu s-Santu ser jillumina lill-Kardinali tal-Konklavi li naraw il-bidu tiegħu fl-ewwel ġimgħa ta’ Mejju biex jintgħażel saċerdot li jkun ta’ ispirazzjoni għal ħutu l-Kattoliċi u li bla dubju Sidna Ġesu’ Kristu minn fuq is-salib fejn miet għal Kattoliċi tiegħu mhux ser iħallieh waħdu abbundat fit-treġija tal-Knisja Kattolika.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *