Xi ħadd bagħat jgħidli li Pawlu Pace tal-MUMN qed iħossu ħafna aħjar għax, skont hu, “Gafa’ għejja jpatpat fil-vojt u fl-aħħar beda’ jinduna li lili mhu se jiġrili xejn.”
Ha ngħidielek bil-Malti pur, Pawl. Kemm int tan-nejk. Patpitu huwa int, mhux jien, u jekk qed taħseb li qtajt qalbi li ssir ġustizzja, għandek żball madornali.
Qed tifraħ għax iblah. Mingħalik li protett u tipproġetta ruħek ma sħabek bħala persuna b’saħħitha imma kulħadd jaf li int m’int xejn ħlief persuna maqbud mill-bajd f’idejn ħaddieħor, li x’ħin irid jgħaffiġhomlok.

Pawlu Pace
Għandek kemm għandek min jaqbeż għalik, l-akkużi kontrik tant huma kbar u l-frodi li wettaqt tant jafu bih nies, li ma tistax tibqa’ taħrab il-ġustizzja għal dejjem.
Kull impjegat fl-isptar jaf li għal snin sħaħ qatt m’attendejt minuta waħda xogħol.
Kulħadd jaf li għal snin sħaħ, xahar wara ieħor, 7 ijiem fil-ġimgħa, 24 siegħa kuljum, ħadt ħlas kontinwu għal kull minuta, f’salarju, overtime u on-call allowance, meta qatt m’attendejt xogħol.

Pawlu Pace
Kulħadd jaf li anki waqt safar privat bqajt għaddej tiffroda lill-Gvern.
Pawl, id-dnub mhux se jorqod. Serraħ rasek.
1 Comment
Jekk dab ghadu ghaddej business as usual sinjal minn Naha ta’ min hu responsabli ghandu l-faham miblul