Fil-ħdax-il sena ta John Rizzo Kummissarju, kemm-il darba tressqu l-Qorti l-ahwa Degiorgio?

Neville Gafa

~ 2 weeks ago

Fil-ħdax-il sena ta John Rizzo Kummissarju, kemm-il darba tressqu l-Qorti l-ahwa Degiorgio?

Skont id-Defnisti, l-Kummissarju preżenti mhux tajjeb u dejjem jattakkawh. Huma xtaqu floku lil eroj tagħhom Keith Arnaud imma ma rnexxielhomx.

 

Mela kemm kienu tajbin il-Kummissarji l-oħrajn jekk dan mhux tajjeb?

 

George Grech kellu jirriżenja minħabba l-iskandlu tal-Pollakka li akkużat bi stupru. Imma dwar dan darb’ oħra.

 

Warajh ġie John Rizzo.

 

Kemm-il darba tressqu l-Qorti l- aħwa Degiorgio sakemm dam Kummissarju Rizzo?

 

John Rizzo


Mill-google searches li għamilt sibt li fil-11 il-sena li dam Kummissarju Rizzo, l-aħwa Degiorgio qatt ma tressqu l-Qorti fuq affarijiet kbar.

 

Qabel John Rizzo, kien tressaq Alfred Degiorgio fuq hold-up ta’ miljun ewro. Wara li spiċċa John Rizzo, l-aħwa Degiorgio weħlu iktar minn tmenin sena ħabs.

 

Iżda waqt li kien Kummissarju John Rizzo kif marru l-aħwa Degiorgio?

 


Nahseb marru tajjeb u naħseb li l-imperu tagħhom issaħħaħ. Qabel sar hu kienu diġà qed jagħmlu l-hold ups għax tressaq wieħed minnhom fis-sena 2000.

 

Taħt John Rizzo l-kriminalità tant kienet faret li fis-sena 2012 bdew joqtlu lil xulxin f’omicidju wara ieħor.

Lid-Defnisti qed nistaqsikom –  fuq kemm kawżi serji tressqu l-Qorti l-aħwa Degiorgio sakemm Rizzo kien Kummissarju?

 

Tinsewx li l-aħwa Degiorgio kellom fama ta’ Nazzjonalisti akkaniti.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *