Minn Kattoliku Prattikanti mill-Imġarr ta’ Malta
Kif ħabbar dan il-portal ġimgħa ilu, il-ħtieġa li l-Papa jkun ġej minn Ordni Reliġjuz hi realta’. L-aħbar li l-Papa issa hu Agostinjan hu sinjal li dak li beda’ il-Papa Franġisku ser ikompli. Santu Wistin Fundatur tal-Agostinjani qiegħed ma’ ġenb il-Papa ġdid.
Ser ikomplu jinfetħu l-bibien tal-Imqades Kattoliċi għal dawk verament li għandom ħtieġa ta’ spalla fis-soċjetajiet tagħna. Patri Agostinjan ta’ vera b’għerf partikulari. L-id il-leminija tal-Papa Franġisku fl-għażla tal-Arċisqfijiet u Isqfijiet Kattoliċi, Kap tal-Kongregazzjoni tal-Isqfijiet fil-Vatikan. Hu meqjus is-saċerdot uniku li miegħu l-Papa Franġisku tkellem kemm il-darba dwar ħatra anke ta’ Kardinali. Agostinjan Reliġjuz li ser ikun ta’ ezempju mill-aqwa għal ħutu s-saċerdoti. Ser ikun ta’ pjaċir kbir għall-Kattoliċi kollha li ser ikollhom saċerdot fit-treġija tal-Knisja Kattolika li mhux ser jissaporti ħniżrijiet bħal dawk li jiġru fl-Arċidjoċesi ta’ Malta.
Iż-żmien ser jagħti parir lil kull min ġenwinament għandu għal qalbu b’mod intrinsiku l-Knisja ta’ Kristu. Il-Knisja Kattolika ser timxi ‘l quddiem zgur u min mhux ġenwin diġa’ jinsab imriegħed. Ħadu qatgħa dawk li kienu ilhom jaħsbu li jistgħu jibqgħu jagħmlu li jridu. Waslet is-siegħa tagħhom ukoll.
Sidna Ġesu’ Kristu l-lejla qal lil Papa Franġisku: Il-lejla tkun miegħi fil-Ġenna.