Martin Balzan ikkapparra pożizzjoni b’mod irregolari

Neville Gafa

~ 1 month ago

Martin Balzan ikkapparra pożizzjoni b’mod irregolari

Ninsab infurmat li nhar is-27 ta’ Ottubru 2014 Martin Balzan, li dak iż-żmien kien diġà jokkupa l-pożizzjoni ta’ President tal-MAM, ingħata l-ħatra ta’ Deputy Clinical Chairperson tad-Dipartiment tal-Medicina, fl-Isptar Mater Dei.

 

Dwar din il-ħatra smajt hafna però nixtieq li jkun Martin Balzan innifsu li jikkjarifikali xi affarijiet. Għalhekk ippreparajtlu 14-il mistoqsija li nixtieq li jkun ġentili biżżejjed u jweġibhom.

 

1. Dr Balzan, tista’ tgħidilna jekk hux vera dan li stqarrejt jien hawn fuq?

 

2. Tista’ tgħidilna jekk din il-pożizzjoni ingħatatx lilek wara li kien hemm sejħa interna fl-Isptar Mater Dei?

 

3. Jekk iva, kien hemm applikantu ohra?

 

4. Veru li din il-ħatra kienet regolata b’kuntratt ta’ 3 snin?

 

5. Veru, jew mhux, li b’effett ta’ dan, il-perjodu ta’ din il-ħatra skada fis-26 ta’ Ottubru 2017?

 

6. Tikkonferma li wara li spiċċa l-kuntratt tiegħek, min kien imexxi id-Dipartiment tal-Medicina ma reġgħax ħareġ sejha oħra u allura, teknikament, il-pożizzjoni baqgħet vakanti?

 

7. Tikkonferma li min kien imexxi d-Dipartiment ippermetta li int tibqa’ taġixxi ta’ Deputy Chair avolja la kellek titlu u lanqas kuntratt?

 

8. Tikkonferma li dan ma kontx qed tagħmlu ex gratia?

 

9. Tiċħad li bqajt tircievi l-perkaċċi kollha relatati?

 

10. Veru li din is-sitwazzjoni rregolari baqgħet għaddejja għal 7 snin u nofs?

 

11. Huwa sewwa u ġust li int bqajt tokkupa pożizzjoni fit-tmexxija tad-Dipartiment għal żewġ termini u nofs, minghajr sejħa u mingħajr kuntratt?

 

12. Huwa ġust li imbarrajt, kontra l-liġi, il-bieb għal avvanz fil-karriera lil tant Konsulenti, mingħajr ma tajt lok li tkun ikkontestat?

 

13. Kemm ħadt flus, li qatt ma kienu dovuti lilek, f’dawn is-7 snin u nofs?

 

14. Wara li twieġeb dawn il-mistoqsijiet, li t-tweġibiet għalihom tafhom sewwa, se tibqa’ żżomm il-ħatra onorarja tiegħek fil-MAM?

 

Għal-lum nieqaf hawn. Nerġgħu niltaqghu ma ndumux.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *