Nhar it-Tnejn 24 ta’ Marzu żvelajt li Pawlu Pace tal-MUMN, dak li għandu bajdietu maqbuda f’morsa, mar Brussels jiltaqa’ bla daqq tat-trombi ma Roberta Metsola. Miskin ittanta jinvesti naqra hux? Moħħu biss kif se jassigura li jkun protett minn kullimkien.

Pawlu Pace
Nhar id-9 ta’ April żvelajt, appena rikeb l-ajruplan, li Pawlu Pace rega’ tela’ nkiss inkiss Brussels. Kont assumejt li tela’ għal laqgħa tal-European Federation of Nurses (EFN) u balleċ assumejt eżatt. Minn xi żmien qabel, delegat barrani tal-EFN kien infurmani informalment b’din il-laqgħa u wera t-tama li l-MUMN ma tibgħatx lil Pawlu Pace bħala delegat tagħha.

Pawlu Pace
Imma għal-laqgħa tal-10 u l-11 ta’ April, l-MUMN lil min taħsbu li bagħtet? Lil Pawlu Pace, il-President tagħha li jinsab għaddej minn investigazzjoni kriminali.
Nista’ niżvela li l-istedina għal din il-laqgħa irċievha Colin Galea mingħand l-EFN u mhux Pawlu Pace. Nista’ niżvela wkoll li l-għażla ta’ Pawlu Pace biex jirrapprezenta lill-MUMN f’din il-laqgħa ma tantx intlaqgħet tajjeb minn Dr Aristides Chorattas, il-President tal-EFN, li jaf li Pace jinsab taħt investigazzjoni mill-Pulizija, bil-possibilta’ li jiġi akkużat kriminalment bi frodi.
Li hu ta’ skantament hu li l-iskumdita’ ta’ Chorattas ma ssarfitx f’sospensjoni ta’ Pace minn delegat tal-laqgħa.

Pawlu Pace
Nista’ niżvela wkoll li unions oħra Ewropej affiljati fl-EFN kienu skomdi ukoll u dan għall-fatt li infermiera membri tagħhom ittiehditilhom il-warrant ta’ nurse fuq nuqqasijiet ferm anqas gravi minn ta’ Pace.
Huma qed jistaqsu għaliex Pace huwa differenti mill-membri tagħhom? Mela l-fatt li tkun President ta’ union jagħtik xi dritt ta’ immunita’?
Hu x’inhu l-każ, il-fatt jibqa’ li quddiem il-liġijiet Maltin Pawlu Pace huwa allegatament responsabbli ta’ reat kriminali li jrid iwieġeb għalih u l-Ispettur Rodney Wayne Borg għandu jassigura li dan isir.