Il-Partit Laburista miexi lejn l-ikbar rebħa elettorali fl-istorja tal-pajjiż imma l-Prim Ministru qal li jekk l-PN jibdlu l-Kap jaħsadhom u jagħmel snap election.
Kif diġà għidtilkom, il-PN mhux se jibdel il-Kap għax dak ma jiddeċieduhx il-partitarji iżda l-familja Fenech Adami, u l-familja Fenech Adami iridu li Grech isodd it-toqob sakemm jilħaq Kap wieħed mil-familja tagħhom stess.

Bernard Grech
Fl-elezzjoni tal-MEPS Eddie Fenech Adami ma kienx endorsja lil Roberta Metsola li ħafna iqisu bħala r-replacement ta’ Grech iżda appoġġja lid-drogat David Casa.
Mela ta’ Fenech Adami mhux biss iridu lil Grech jibqa’ Kap, iżda wkoll ma jappoġġjawx lil Metsola. Jappoġġjaw biss wieħed mil-familja taghhom meta jiġi ż-żmien wara l-elezzjoni li jmiss.
Il-Partit Nazzjonalista ma jeżistix. Jeżisti biss id-dominiu assolut tal-familja Fenech Adami.
Serrħu raskom. Elezzjoni ġejja fi żmienha u l-Partit Laburista se jkollu l-ikbar rebħa fl-istorja tal-pajjiż.
Partitarji Nazzjonalisti tpaxxux lil ta’ Fenech Adami. Ejjew mal-Labour.
2 Comments
Kien zmien il-partit ta’ Mizzi u Issa ta’ Fenech Adami.
Harsu lura u tindunaw kif xkupaw il-barra “the potential contenders” bil-pulit minn theddida Ghal-leadership.
Probabilment meta Eddie iddikjara li jiggieled il-korruzzjoni mill-gheruq u xniexel kien qed jirreferi kif jehles minn certa “familji” li ghandhom l-gheruq fil-PN?
Ma naqbilx ma’ Robert Aquilina, imma Dan l-ahhar qal li ta’ Abela dejjem fil-Gvern.
Naqbel mieghu.
Jekk il-Laburisti ma jifthux ghajnejhom, u ma juzawx mohhhom, il-PL jista’ possibilment jigbed lejn Dik I’d-direzzjoni. Kull konnessjoni ta’ nies li jaghmlu minn Dan il-Grupp ghandu jigi mrazzan.
Il-PL hu partit tan- nies b’ghan wiehed, il-gie komuni tal-pajjiz u mhux ta’ xi establishment.