Il-Partit Laburista għandu jirbaħ l-elezzjoni li ġejja b’ maġġoranza komda imma jrid jissaħħaħ b’nies leali u jitnaddaf mill-opportunisti.
Il-Partit Laburista għandu bżonn suldati tal-azzar fi ħdanu. Nies li verament għandhom għal qalbhom il-Partit Laburista u ma jużawx lill-Partit Laburista għal ambizzjonijiet personali.

Tony Agius Decelis
Agius Decelis dejjem ħadem fil-Labour. Ma kienx imur jippoppa fuq in-NET qabel f’daqqa waħda skopra li hu Laburist.
Il-Partit Laburista irid joqgħod attent mis-sriep velenużi li qed jipprovaw jinfiltrawh. Il-Mostin għandhom kandidati validi u suldati tal-azzar bħal Miriam Dalli, Tony Agius Decelis, Romilda Zarb u Alex Muscat.
L-aħwa nagħżlu l-qamħ mis-sikrana. Ma nħallux sriep velenużi jigdmuna.
Min tafu tistaqsix għalih u l-ġurnata minn filgħodu turik. Min irid juża l-partit għall-ambizzjonijiet personali se jgħarralu.
Ngħinu lil Tony Agius Decelis jerġa’ jkun fil-Parlament. Asset kbir għal Partit Laburista. Suldat tal-azzar u bniedem leali.
1 Comment
Tony dejjiem gid ghamel, qat deni.