Dak li qed jiġri fil-Għargħur huwa episodju ieħor f’sensiela twila ta’ inkwiet intern fil-PN għal dawn l-aħħar kważi għoxrin sena.
Il-Partit Nazzjonalista ilu kważi għoxrin sena bl-inkwiet intern.
Dak li qed jipprova jnessi l-PN huwa li dak li ġara huwa frott ta’ riżenja oħra mil-PN, din id-darba tal-Kunsilliera Francesca Attard.

Għargħur
Fl-elezzjoni tal-kunsilli Francesca Attard ġiet eletta f’isem l-PN.
Imma kif irriżenjat mil-PN għax dardruha, l-PN tilef l-voti tagħha kollha.
Dak li seħħ fil-Kunsill tal-Għargħur huwa frott inkwiet intern fil-PN. Il-Labour f’dan kollu kien spettatur.
Il-Partit Laburista ma seraq xejn. Għamel dak li ilu jagħmel għoxrin sena. Spettatur jara lil PN jitkisser waħdu.

Beppe Fenech Adami
Beppe Fenech Adami, meta se tifhem li dardart lil kulħadd?