Stqarrija kif ukoll ittra lil Roberta Metsola mill-Ewro Parlamentari Laburista Daniel Attard

Neville Gafa

~ 3 weeks ago

Stqarrija kif ukoll ittra lil Roberta Metsola mill-Ewro Parlamentari Laburista Daniel Attard

Fl-aħħar jiem ġejt infurmat mill-amministrazzjoni tal-Parlament Ewropew li ismi ssemma f’investigazzjoni u li saret talba mill-Awtoritajiet Belġjani biex titneħħa l-immunitàParlamentari tiegħi. Din it-talba saret b’rabta mal-preżenzatiegħi waqt logħba football bejn Anderlecht u Ferencvárosf’Settembru li għadda.

 

Din l-istedina waslitli permezz tal-Assistent Parlamentaritiegħi ta’ nazzjonalità Ungeriża, li kien staqsieni jekk nixtieqxnakkumpanja lilu u lil ibnu f’dik li kellha tkun okkażjoniprivata u informali biex naraw tim Ungeriż jilgħab fil-Belġju.

 

Meta rċevejt l-istedina ma ntqalx lili li kienet qed toriġinaminn xi kumpanija. Wisq anqas kont mgħarraf li kienet f’boxtal-istess kumpanija. Fil-fatt, l-Assistent Parlamentari qalli li ħabib tiegħu kellu biljetti għal din il-logħba u staqsieni jekknixtieqx nakkumpanja lilu u lil ibnu.

 

Jirriżulta li l-istedina ġiet minn persuna li kienet qed tiġiinvestigata mill-awtoritajiet Belġjani u li kellha l-intenzjoni li waqt il-logħba tkellimni dwar Huawei. Qabel il-logħba jienma kelli ebda ħjiel dwar dan u wisq anqas kelli komunikatma’ din il-persuna.

 

Matul il-logħba tqajjem is-suġġett, u ntlabt laqgħa li saretġimgħatejn wara fi Strasburgu. Qabel din il-laqgha tlabt lill-Assistenti tiegħi jaċċertaw li kollox isir b’mod trasparenti u skont ir-regoli tal-Parlament Ewropew, u kien biss wara li ġejtaċċertat b’dan li aċċettajt li ssir.

 

Wara din il-laqgħa ma kellix aktar komunikat mal-kumpanijamsemmija u ma ħadt l-ebda azzjoni fir-rigward ta’ Huawei jew temi relatati mal-kumpanija.

 

Wara l-logħba li attendejt għaliha, tlabt lill-AssistentParlamentari konċernat biex jiddetermina l-valur tal-biljett tal-logħba u biex jiddikjarah skont ir-regoli tal-ParlamentEwropew. Huwa infurmami u assigurani li l-valur ma kienxjaqbeż €150, li huwa l-limitu stabbilit mir-regoli tal-ParlamentEwropew, u għaldaqstant ma kienx hemm bżonndikjarazzjoni.

 

Fid-dawl ta’ dan kollu:

 

1. Għamilt talba formali biex nidher quddiem l-awtoritajiet kkonċernati sabiex nagħti stqarrija u rendikont tal-fatti f’kuntest ta’ koperazzjoni u trasparenza sħiħa min-naħa tiegħi.
2. Ktibt lill-President tal-Parlament Ewropew fejn jienstess tlabt biex l-immunità parlamentari li ngawdiminnha titneħħa mill-iktar fis, sabiex l-awtoritajietikunu jistgħu jistaqsu u jivverifikaw dak kollu li jkun meħtieġ mingħajr ebda impediment.
3. Se nkun qed nitkellem mat-tmexxija tal-Grupp tal-S&D dwar kull pass meħtieġ sakemm dan il-proċess, li jien m’għandi ebda involviment fih, jintemm.

Mehmuża ittra lil Roberta Metsola, President tal-Parlament Ewropew.

 

Letter to Metsola

 

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *