Dak li seħħ fil-Għargħur frott ta’ riżenja mill-PN

Neville Gafa

~ 3 weeks ago

Dak li seħħ fil-Għargħur frott ta’ riżenja mill-PN

Beppe Fenech Adami, Il-Kap de Facto sostna li “l-Partit Laburista rnexxielu jifred il-poplu tal-Għargħur.  Kisser komunita’ magħquda. Ġab firda ta’ xejn. Elezzjoni ġdida is-soluzzjoni.”

 

 

Dak li qed jipprova jnessi Beppe Fenech Adami huwa li dak li seħħ fil-Għargħur huwa frott ta’ riżenja oħra mill-PN, din id-darba tal-Kunsilliera Francesca Attard.

 

 

 

Beppe Fenech Adami jibqa’ jinnega l-fatti; fil-Għargħur bħalissa l-PN għandu biss 53% tal-voti, appuntu wara li rriżenjat il-kunsilliera Nazzjonalista Francesca Attard.

 

Ir-raġunijiet li qed iġib il-Kap de Facto tal-PN Beppe Fenech Adami huma kollha żbaljati għax qed jagħti l-impressjoni li l-PN ma tilifx Kunsilliera.

 

Iva Beppe, tliftu Kunsilliera, u l-maġġoranza li kelkom tnaqqret sew. Niżlet għal 53% tal-voti.

 

Ir-residenti tal- Għargħur għandhom ikunu jafu li l-familja Fenech Adami huma l-ikbar tradituri tal-PN. Il-familja Fenech Adami l-interessi tagħhom biss jaraw u ma jimpurtahomx minnkom.

 

 


Issa li l-partit mkisser u kissruh huma stess, dwar li seħħ fil-Għargħur iridu jwaħħlu fil-Labour.

 

Tpaxxuhomx. Ejjew mal-Labour.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *