Nibdew nesponu lil dak li jridha tal- bully fil-Malta Free Port

Neville Gafa

~ 2 days ago

Nibdew nesponu lil dak li jridha tal- bully fil-Malta Free Port

Dan is-sit se jkun qed jirrapporta dwar dak li jinsab għaddej fil-Malta Freeport Terminals Limited.

 

Il-kumpannija Malta Freeport Terminals Limited, kumpannija privata li topera fit-trasbord tal-kontejners spiccat maħkuma minn grupp ta’ individwi qrib il-PN u ta’ ċertu Deputati Nazzjonalisti. Dan il-grupp huwa mmexxi minn dan Robert Clinch.

 

 

Robert Clinch mhux isem ġdid fi ħdan il-Partit Nazzjonalista. Dan huwa wieħed minn dawk li għadu jaħseb li l-Feeeport għadha taħt id- dekasteru ta’ Agostino Gatt, jew kif jafu kulħadd bħala Austin pipi Gatt.

 

Austin Gatt

 

Clinch ta’ sikwit jidher jippoppa sidru biswit Bernard Grech. Huwa wkoll il-kelliem ewlieni tal-UHM waqt il-laqgħat u negozjati li jinżammu mal-Malta Freeport Terminals Limited.

 

Nazzjonalisti li tkellmu magħna, qalulna li ma jistgħux jifhmu kif ċerta individwi bħal Robert Clinch għandhom daqshekk poter u influwenza fil-PN, saħansitra fl-għażla tal-Kap, u fl-istess waqt għandu daqshekk saħħa fil-Freeport fejn jiftaħar li ħadd ma jista għalih u li xejn u ħadd ma jiġi approvat mingħajr il-barka tiegħu.

 

 

Permezz ta’ numru ta’ artikli, dan is-sit se jkompli jesponi lil dan Robert Clinch kif ukoll dwar dak li jinsab għaddej fill-Free Port.

 

 

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *