Meta beda avukat, Adrian Delia kien xtaq jirnexxi bħala avukat li jiddefendi lil kriminali, imma biex tagħmel dak ix-xogħol irid ikollok l-bajd bħal Jose Herrera, Manuel Mallia, Anġlu Farrugia u Edward Gatt.
Adrian Delia bħal f’kollox falla mal-ewwel każ u ħadd iktar ma qabbdu. Adrian Delia huwa bniedem fallut.
L-ewwel każ li kellu huwa taż-Żambi fl-attentat ta’ qtil ta’ Richard Cachia Caruana. Għandkom tkunu tafu li f’dak il-każ, iż-Żambi huwa l-uniku wieħed li weħel il-ħabs. Erbgħatax -il sena ħabs idoqqu l-iskotti grazzi għall-injoranza ta’ Adrian Delia.

Charles Attard, Iż-Żambi
Persuna oħra kienet ingħatat l-proklama. Ian Farrugia kien ġie illiberat mill-ġuri u kellu avukati lil Anġlu Farrugia u Edward Gatt.
Imma b’avukat injorant bħal Adrian Delia, iż-Żambi kien ammetta u dabbar 14-il sena ħabs.
Disfatta kbira għal Adrian Delia.
Adrian Delia xtaq ikun avukat tal-kriminali iżda falla mal-ewwel pass. Wara dak il-każ ma qabbdu ħadd iktar fil-kawżi tal-kriminali.
Sadanittant, komplu segwuna għall-aqwa aġġornamenti relatati mal-kampanja għall-ħatra ta’ Kap ġdida tal- Partit Nazzjonalista.