Dan is-sit qed tidħollu xmara ta’ informazzjoni dwar min jista’ jkun hemm wara ċerti attakki ta’ Mark Camilleri.
Mark Camilleri jattakka lil Rosianne Cutajar iżda jfaħħar lil Silvio Grixti. Mark Camilleri jattakka lil Edward Zammit Lewis iżda jfaħħar lil Silvio Grixti. Mark Camilleri jattakka lil Joseph Muscat iżda jfaħħar lil Silvio Grixti.

Dr. Edward Zammit Lewis
Issa li sirt naf li Silvio Grixti huwa t-tabib kuranti ta’ Mark Camilleri, qed ninnota affarijiet oħra u jqumu ħafna mistoqsijiet. Sirna nafu wkoll li Silvio Grixti jżur lil Mark Camilleri ġewwa d-dar tiegħu. Ir-raġuni nafuha wkoll.
Għaliex Mark Camilleri jattakka b’ossessjoni lil Rosianne Cutajar li fil-konfront tagħha m’hemmx proċeduri waqt li jfaħħar lit-tabib Silvio Grixti li għaddej minn proċeduri kriminali? Sa dalgħodu stess Mark Camilleri kiteb post jattakka lil Rosianne Cutajar u lil Prim Ministru Robert Abela.
Dan is-sit se jinvestiga dawn l-konnessjonijiet u intriċċi tossiċi.
Nerġa’ nagħti parir lit-tabib Silvio Grixti. Il-pajjiż mixgħul bil-konnessjoni tiegħek ma Mark Camilleri u mhux tagħmillek ġid ħabib.