Il-Partit Nazzjonalista Ristrett

Neville Gafa

~ 8 hours ago

Il-Partit Nazzjonalista Ristrett

Minn Imsieħeb Laburista mill-Imġarr ta’ Malta

 

 

Bla dubju meta l-qarrejja ta’ dan il-portal jaraw it-titlu ta’ dan l-artikolett, zgur li moħħhom imur lejn in-nuqqas ta’ flus li għandu il-Partit Nazzjonalista għad-dispozizzjoni tiegħu meta sewwa sew dak li jkun jiftakar li dan il-Partit għandu Ewro 45 miljun f’dejn. Hu punt tajjeb li wieħed jiftakar f’din ir-realta’ li qeda tifni lill-istess Partit ta’ kuljum u li minħabba fiha jinsab ankrat ġol blat. Realta’ li ma tippermettix li jilħaq lill-elettorat kif għandu jkun, bla ebda organizazzjoni t’attivitajiet imma kollha konsegwenża tas-serq kbir li sar taħt il-ħarsien ta’ diversi Segretarji Ġenerali minn meta Lawrence Gonzi fl-1998 kien ġie elett fil-Parlament u Eddie Fenech Adami ħatru Ministru tal-Politika Soċjali. Huma dawn il-konsegwenżi li jinsab fihom il-PN.

 

Iżda bla dubju fejn illum jinsab Ristrett il-PN hu ħafna agħar. Fit-tellieqa li għandu bejn żewġt iħbieb għall-kariga ta’ Kap tal-Partit saħansitra ddeċida li joħloq andament Ristrett. Ma riedx li dawn iż-żewġt irġiel jiddibattu lil xuxlin lanqas fuq l-istazzjon tagħhom f’tagħhom, in-NET u lanqas fuq stazzjonijiet oħra. Mhux biss. imma ma riedx lanqas li ONE TV jistieden lilhom għal kwalunkwe programm waqt dak imsejjaħ Due Diligence li qeda tagħmel il-Kummissjoni Elettorali tal-istess Partit. Iżda issa morna pass aktar lura. Mhux possibbli lanqas li xi ħadd minnhom jagħti xi kumment lil xi rappreżentant ta’ ONE TV.

 

 

Għaldaqstant, il-bniedem tat-triq komuni jibda’ jistaqsi, għaliex ġie Ristrett dak li jkun milli jikkomunika mal-poplu? Meta l-PN qed jipproġetta li wieħed minn dawn 30 sena oħra ser ikun il-futur Prim Ministu ta’ Malta, wieħed minnhom għaldaqstant ser ikun daqstant Ristrett maċ-ċittadin u jibqa’ bil-politika tal-ħabi tal-PN li dejjem kien it-timbru tiegħu li sawwru sa mit-twaqqif tiegħu?

 

L-appell lil ħuti Imsieħba fil-Partit Laburista hu wieħed. Keċċu ‘l barra minn quddiem għajnejkom lil Delia u Borg peress li taħt l-ordni ta’ Bernard Grech li tefa’ ix-xugaman, dawn iridu li t-tagħrif jibqa’ Ristrett. Ma jridux lill-poplu jisma’ x’inhu l-programm ta’ ħidma tagħhom rispettivament jekk it-tesserati tagħhom jagħtu l-fiduċja lil xi ħadd minnhom.

 

 

Bla dubju, aħna nibqgħu viġilanti għal sriep ta’ din in-natura li ma joħorġux biss fis-satra tal-lejl biex jattakkaw imma dawn dejjem lesti biex ixerrdu l-velenu peress li twemminhom dejjem kien hekk filwaqt li jibqgħu mħawwda u mfixxkla dwar xi jfisser il-PN għalihom illum u fejn iridu jaraw lill-istess PN fi żmien għaxar snin oħra – bla dubju imfarrak, ineżistenti, sparpaljat u rifondat mill-qiegħ sabiex tletin sena oħra mill-lum b’dak li jkun fadal minnu jkun jista’ jiggverna din il-ġawhra ta’ Malta li jkun ħoloq il-Partit Laburista.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *