Il-Għargħur: Il-Battalja ta’ Mariah Meli kontra l-Establishment ta’ Beppe Fenech Adami

Neville Gafa

~ 2 days ago

Il-Għargħur: Il-Battalja ta’ Mariah Meli kontra l-Establishment ta’ Beppe Fenech Adami

Il-Partit Laburista rebaħ il-Għargħur. L-Establishment tal-PN għadu ma jistax jammetti li  tilef.

 

 

Dak li qed jiġri fil-Kunsill Lokali tal-Għargħur mhuwiex każ żgħir ta’ amministrazzjoni. Mhuwiex każ ta’ kuntratt jew ta’ avveniment sportiv. Huwa każ ta’ battalja politika miftuħa kontra l-qalba tal-Establishment tal-Partit Nazzjonalista.

 

Il-fatt huwa wieħed: is-Sindku Laburista Mariah Meli qed tiġġieled kontra l-magna tal-Partit Nazzjonalista — magna mmexxija direttament minn Beppe Fenech Adami u l- familja tiegħu, establishment li ilu jiddomina minn wara l-kwinti għal snin twal.

 

Għargħur

 

Għargħur: Minn Fortizza tal-PN għal Simbolu ta’ Bidla

 

Ir-raħal tal-Għargħur huwa storikament magħruf għall-appoġġ lejn il-Partit Nazzjonalista. Raħal fejn il-kontroll kien dejjem f’idejn il-familja minn Birkirkara. Imma l-poplu tkellem. Il-votanti għażlu lil Mariah Meli u lill-Partit Laburista biex imexxu għall-ewwel darba fl-istorja tal- Kunsilli Lokali.

 

U dik kienet daqqa ta’ ħarta storika għall-Establishment. Mhux għax tilfu l-maġġoranza, imma għax tilfu l-kontroll fuq raħal li kienu jqisu bħala propjetà tal-PN.

 

Familja Fenech Adami

 

 

L-Attakki Mhux Fuq Meli — Iżda Fuq Dak li Hija Tirrappreżenta

 

Minn dakinhar ’il hawn, bdiet kampanja feroci ta’ attakki minn Net News u mill-istess esponenti tal-PN li qatt ma setgħu jistrieħu bil-fatt li l-Għargħur issa għandu Sindku Laburista.

 

L-attakk mhuwiex fuq persuna.

 

L-attakk hu fuq dak li Mariah Meli tirrappreżenta: tfassil ġdid, politika friska, tmexxija għaqlija.

 

U l-fatt li hi mara żagħżugħa, magħżula b’mod Demokratiku mill-kunsilliera tagħha stess, jinkorla aktar lill-establishment tal-PN.

 

Partit Laburista

 

Il-Partit Laburista Ser ikompli Jmexxi bl-Eżempju

 

Filwaqt li l-PN jagħmel għajta minn każ li ġie ċċarat legalment u amministrattivament mill-Kunsill u l-Avukat tiegħu stess, Mariah Meli qed tkompli taħdem. Mhix tissielet kontra l-avversarju tagħha — qed tissielet kontra sistema li tippretendi li xejn ma għandu jinbidel.

 

U l-Partit Laburista, min-naħa tiegħu, ser ikompli jġib l-interess tal-lokalità qabel kollox — qabel l-attakki, qabel l-invenzjonijiet, u qabel il-korruzzjoni tal-passat.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *