Il-PN m’għandu l-ebda awtorità morali biex jitkellem dwar l-ekonomija

Neville Gafa

~ 21 hours ago

Il-PN m’għandu l-ebda awtorità morali biex jitkellem dwar l-ekonomija

Il-Partit Nazzjonalista reġa’ wera l-ipokrezija tiegħu – din id-darba billi pprova jipproġetta ruħu tad-difensur tal-familji Maltin u Għawdxin fejn tidhol l-għoli tal-ħajja.

 

Waqt konferenza tal-aħbarijiet il-Ġimgħa, uffiċjali tal-PN attakkaw il-mod kif il-Gvern qed imexxi l-ekonomija – daqs li kieku n-nies insew x’diżastru ħalla warajh il-PN meta kien fil-Gvern.

 

Il-PN m’għandu l-ebda awtorità morali biex jitkellem fuq l-ekonomija. Dan hu l-istess partit li żied il-kontijiet tad-dawl b’70%, iffriża l-pagi, l-pensjonijiet u ħalla pjaga ta’ qgħad f’pajjiżna.

 

 

Illum, taħt Gvern Laburista, il-familji qed jiġu protetti permezz ta’ sussidji fuq l-enerġija, inflazzjoni aktar baxxa mill-medja Ewropea, u l-anqas rata ta’ qgħad fl-istorja. Il-PN, min-naħa l-oħra, mhu qed joffri xejn ħlief biża’ u nuqqas ta’ viżjoni.

 

Il-PN m’għandu l-ebda pjan serju. Dak li jridu huma – li jneħħu s-sussidji, jiprivatizzaw kollox, u jġibu lura l-politika li kissret lill-klassi tan-nofs.

 

Dak li hu perikoluż mhux l-inflazzjoni – imma l-ħsieb li l-PN jerġa’ jirritorna fil-poter u jeqred dak kollu li nkiseb tul dawn l-aħħar tnax il-sena taħt Gvernijiet Laburisti.

 

Dik tkun il-vera traġedja għall-ekonomija tagħna.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *