Il-familja Caruana Galizia fl-aħħar ġranet qed tisfa iżolata b’mod li qatt ma kienet qabel. Il-klikka ta’ Daphne tgħix fuq is-slogan li Daphne kella raġun u qatt ma basru li se tkun Metsola li tagħtihom daqqa ta’ stallett meta bdiet tinnegozja u tappoġġa lil Delia għal Kap tal-PN.

Roberta Metsola
Dan ifisser li l-President tal-Parlament Ewropew qed tinsultahom billi bil-pulit qed tgħid li dwar Adrian Delia, Daphne ma kelliex raġun.
L-attakk ta’ Matthew Caruana Galizia fuq Metsola ma kienx dwar Gaza fil-verità iżda kien minħabba l-iżolament li qed iħossu ġej għalihom il-familja Caruana Galizia.
Jidher li anke Manwel Delia rikeb kukkużejt fuq dahar Georg Sapiano u qed jinsulta lil familja Caruana Galizia.

Manwel “Mossad” Delia
Oħt Daphne sa riċenti kitbet kontra Adrian Delia u jidher li l-familja Caruana Galizia għadhom tal-istess fehma li Delia bniedem sleazy u ma jixraqlux ikun kap tal-PN.
1 Comment
Min huma dawk li mhux “sleazy” fil-PN?