In-Nazzjonalisti għandhom għira bażwija għal Victoria Buttigieg għax l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali minn staff ta’ tużżana nies illum hemm sebgħin avukat. Żdiedet l-effiċjenza, żdiedet is-serjetà.
Ix-xahar li għadda saru l-ikbar żewġ ġurijiet fl-aħħar għoxrin sena. Il-ġuri tal-Maksar u l-ġuri ta’ Muka. Żewġ ġurijiet dwar qtil ta’ erba’ min-nies fejn ħamsa min-nies weħlu għomor.
Grazzi Victoria Buttigieg talli l-kawżi mhux idumu u talli qed issir ġustizzja.
In-Nazzjonalisti jgħiru għalik għax il-ħidma tiegħek tikxef l-inkompetenza tagħhom.
1 Comment
Naqbel. Dan huwa każ li bħalu hemm oħrajn fejn uffiċjali pubbliċi ġew attakkati personalment għaliex min jattakka jaf li dawn ma jistgħux jirrispondu lura. Dawn l-uffiċjali pubbliċi li qed jagħmlu xogħolhom jispiċċaw fil-mira ta’ diversi attakki moqżieża u apparti li ma jistgħux jiddefendi rwieħhom jispiċċaw li ħadd ma jaqbeż għalihom.