Adrian Delia: Veru li għandek kunflitt ta’ Interess?

Neville Gafa

~ 2 days ago

Adrian Delia: Veru li għandek kunflitt ta’ Interess?

Adrian Delia huwa x-Shadow Minister għall-qasam tas-Saħħa. Dan l-aħħar iddikjara li Malta teħtieġ sptar pubbliku ġdid. 

 

Jidher iżda li din id-dikjarazzjoni ġabet reazzjonijiet diversi qalb in-Nazzjonalisti.

 

Sorsi mill-kamp Nazzjonalista li tkellmu magħna talbuni nagħmel xi mistoqsijiet lil Adrian Delia.

 

Dan is-sit għamel dan madwar ġimgħatejn ilu, iżda oħroġ ‘il għaġeb, Delia baqa’ ma weġibx. Stramba ħafna għall-fatt li Adrian Delia jsegwi dan is-sit b’mod regolari, u mhux l-ewwel darba li kkumenta b’mod privat dwar dak li jkun ġie ppubblikat dwaru.

 

https://nevillegafa.com/2025/07/23/delias-double-game-shadow-minister-or-industry-lobbyist/

 

 

 

Għaldaqstant, dan is- sit se jerġa jagħmel l-istess mistoqsijiet dwar Adrian Delia.

 

Min qed jirrapreżenta verament Adrian Delia  fil-Parlament, lil-poplu Malti, jew il-klijenti privati tiegħu fl-industrija farmaċewtika?

 

Bħala l-kelliem ewlieni tal-Oppożizzjoni dwar il- qasam tas- Saħħa, Delia għandu d-dover li jagħti tweġibiet ċari u bla tlaqliq:

 

Iddekjarajt il-kunflitti ta’ interess tiegħek mal-Kap tal-PN jew mal-Eżekuttiv tal-Partit?

 

Qiegħed tirċievi retainer minn żewġ kumpaniji farmaċewtiċi?

 

Infurtmajthom dwar dawn ir-rabtiet qabel aċċettajt il-portafoll tas-saħħa?

 

Jekk dak li qed jintqal huwa minnu, temmen li għandek tkun fdat biex taġixxi fl-interess nazzjonali meta possibilment qed tagħmel proposti li jibbenefikaw il-klijenti tiegħek?

 

 

 

Il-qasam tas-saħħa f’Malta ma jistax jiġi mmexxi minn interessi moħbija jew minn influwenzi minn wara l-kwinti. Ix-Shadow Minister għall-qasam tas-Saħħa għandu jkun qed jaħdem għall-pazjenti u għall-familji tagħhom — mhux għal kumpaniji li jħallsuh.

 

Jekk Adrian Delia qed jgħid li jeħtieġ sptar ġdid, allura l-poplu għandu d-dritt ikun jaf min se jibbenefika minn dan. Għax jekk dan mhux għal raġunijiet ġenwini għal benefiċċju tal- qasam tas- Saħħa, iżda sabiex jiġġenera negozju għal min qed iħallsu, allura dan ma hu xejn għajr tradiment lejn il- poplu Malti u Għawdxi.

 

Sakemm Adrian Delia ma jiċċarax dan kollu b’mod pubbliku u uffiċjali, kull kelma li jgħid dwar is-settur tas-saħħa se tkun qed tagħti lok għal dubji u suspetti.

 

Malta teħtieġ diskussjoni serja relatata mal-isfidi fil-qasam tas-Saħħa, u mhux logħob doppju ta’ min  fuq barra tgħidx kemm iħabbat fuq sidru u jippontifika ruħu tad-difensur għas-settur tas-Saħħa, meta fl- istess waqt qed jitħallas minn kumpanija ewlenin fil -qasam tas-Saħħa.

 

Adrian Delia għandu jagħmel dikjarazzjoni dwar dawn il-mistoqsijiet mill-aktar fis.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *