Dan s-sit ma jaqbilx mad-deċiżjonijiet kollha ta’ Victoria Buttigieg imma ma nitolbux ir-riżenja tagħha meta ma naqblux.
Imma jekk Mark Camilleri se jattakkaha, aħna mhux se nibżgħu ngħidu l-fatti. Fil-każ tal-qtil ta Daphne, Victoria Buttigieg ħaqqha Ġieħ ir-Repubblika għax kemm ilha Avukat Ġenerali hi, sitt persuni nstabu ħatja, wieħed weħel ħmistax-il sena, tnejn erbgħin sena, u tlieta għomorhom il-ħabs. Ieħor qed jistenna jgħaddi ġuri.
Li kieku d-Defnisti ma kienux klieb tal-Għarab u nies bla rispett, kienu jimlew l-media b’ tifħir fil-konfront ta’ Victoria Buttugieg li bħala Avukati Ġenerali mexxiet il- ġurijiet kollha li semmejna.
Id-Defnisti huma nies ndannati u ma jifilħux jaraw is-suċċessi ta’ Victoria Buttigieg anke jekk qed jibbenefikaw minnhom huma stess.
Bħala familja jmisshom jinnominaw lil Victoria Buttigieg għal Ġieħ ir-Repubblika.
Ara msieken il-familjari ta’ Karen Grech u Raymond Caruana, meta l-Avukat Ġenerali kien Borg Barthet u Vince DeGaetano, baqgħu qatt ma raw ġustizzja ssir.

Mark Camilleri
Mark Camilleri issa ara l-post li jmiss dwarek u l-Uffiċċju tal-AG.