Il-Ministeru jinnota l-istqarrija maħruġa mill-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST) li fiha ġie spjegat x’sar u dak li se jkun qed iseħħ biex ikunu assigurati sistemi interni aktar b’saħħithom u l-irkupru ta’ fondi pubbliċi.
Filwaqt li bħal dejjem il-Ministeru jirrispetta l-indipendenza u l-awtonomija tal-MCAST, il-Ministeru se jkun qiegħed joffri l-appoġġ kollu li huwa meħtieġ permezz tad-Direttorat tal-Awditjar Intern u Konformità fi ħdan l-istess Ministeru.
Id-Dipartiment tal-Awditjar Intern u Investigazzjonijiet (IAID) se tkun qed twettaq investigazzjoni indipendenti u skrutinju sħiħ bl-għodod kollha mogħtija lilha mill-liġi.
Il-Ministeru qed isegwi dan il-każ serju u jeżiġi li ssir ġustizzja sħiħa.


1 Comment
Issemma’ li certa nuqqasijiet gew innotati lura fl-2019, l-istess Ministru li kien membru parlamentari ta’ l-istess gvern u partit.
Meta ha r-riedni f’idejh x’ghamel?
U li kieku, xi prova jaghmel biex johloq sistema ta’ checks and balances?
Il-Ministru ma jridx jinsa’ li Dan alleged fraud was not flagged neither by MCAST, the competent authorities or the Ministry itself.
Who will shoulder the responsibility, because this isn’t a case like Bernard’s earnings but taxpayers’ monies?