Kull darba li jgħolli rasu se jsib lilna ngħaddsuh fil-fossa tad-dranaġġ

Neville Gafa

~ 4 days ago

Kull darba li jgħolli rasu se jsib lilna ngħaddsuh fil-fossa tad-dranaġġ

Robert Aquilina, li filgħodu jservi bħala n-nutar tal- Kurja, u filgħaxija jmur id-dar jabbuża mill-mara, il-bieraħ kellu l- ardir jikteb li “Ma tistax tkun onest u ċċedi quddiem ir-rikatti, l-attakki u l-kalunji tal-qarnita mafjuża li qed iżżomm lil pajjiżna f’morsa.”

 

 

Issa dan il-kodard li jsawwat lil martu reġa qed jerfa’ rasu. Qed jagħmel hekk grazzi għal martu li hafritlu sforz kemm hi mara tajba.

 

Mela ejja nerġgħu infakkru dwar dak li ġara xahrejn ilu, meta instema’ għajjat mir-residenza tan-Nutar tal-Kurja, Robert Aquilina.

 

Aquilina għandu fixed point tal-Pulizija quddiem id-dar tiegħu, li sema’ dan l-għajjat.

 

Is-Sinjura  Aquilina ħarġet barra l-bieb u n-Nutar Aquilina beda jipprova jżommha ġewwa u jgħid lil Pulizija li ma ġara xejn.  Is-Sinjura rnexxielha toħroġ barra u marret għand il-Pulizija li akkumpanjaha l-għassa.

 

Robert Aquilina dragged the mother of his children through the mud to save himself

 

Hija għamlet rapport fejn fiha qalet li żewġha kien sakkarha fil-kamra tas-sodda, beda jheddidha u jsawwatha.

 

Hija irraportat li Robert Aquilina ilu diversi snin jaġixxi hekk, li hu pussessiv u jikkontrolla dak li tagħmel u lil min tkellem.

 

Huwa jrid ikun jaf min ċemplilha u kemm -il darba jsakkarha fil-kamra tas-sodda sakemm tagħtih l-informazzjoni.

 

Bhal f’ kull każ ta’ rapport ta’ vjolenza domestika, sar assessment fuq il-vittma u ġie fi skala li normalment b’ mod awtomatiku l-allegat agressur jittella’ l-Qorti b’ arrest minnufih.

 

Iżda bi ksur ta’ kull proċedura, il-Magistrat Kevan Azzopardi iddeċieda li ma jsirx dan għaliex dan kien l-ewwel rapport kontra Robert Aquilina.

 

Lil dan il-kodard se nkomplu nxerrduh mad-dinja kollha u ‘l quddiem se nkunu qed naghtukom informazzjoni aċċertata li ħaddieħor se jipprova jaħbi.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

  1. Vince August 12, 2025

    Ir-rabja u d-disperazzjon ta’ dan ir-raġel huma mingħajr limitu. Dan sinċerament qed jemmen li hu biss onest u hu biss jaf x’inhi onesta’? Possibli?? Qed jinsinwa li kull min ma jaqbilx miegħu mhux onest?? Ħlief fuq mafia, korruzzjoni, qarnita mafjuża, eċċ ma jitkellimx! Kien hawn bosta oħrajn li nsinwaw l-istess attribwiti u meta tkellem il-poplu tilfu elezzjoni waħda wara l-oħra! Bejn dak li taħseb u dak li hu fattwali hemm oċejan jaqsam!!!!

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *